IL-ĠURNALIST MATTHEW XUEREB U PAWLU PACE

Neville Gafa

~ 18 hours ago

IL-ĠURNALIST MATTHEW XUEREB U PAWLU PACE

Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru 2023 il-ġurnalist Matthew Xuereb, tat-Times, mar jiġri jiltaqa’ mas-Sur Pawlu Pace, tal-MUMN, fuq talba ta’ Pawlu Pace nnifsu.

 

Iltaqghu fil-kwartieri tal-MUMN f’Ħal Qormi u dan biex Pawlu Pace jagħti intervista.

 

L-għada, Matthew hadem fuq l-istorja, ħabbatha ma Pawlu biex jiżgurah li ser jiġi ppubblikat dak li jixtieq, u l-Ħadd 17 ta’Settembru 2023, Matthew, mingħajr ma vverifika dak li ħarriflu Pawlu Pace, ippubblika l-istorja li bellgħalu Pawlu nnifsu jumejn qabel.

 

Illum kulħadd jaf li Matthew Xuereb dakinhat ħareġ ta’ mażetta u hareg ta’ ċuċ miegħu lit-Times. Pawlu Pace kien irnexxielu jikkonvinċih, miskin,  li mhux vera li wettaq frodi, li kull ma kien hemm kien żball żgħir ta’ €215, li jinvolvu biss ħlas ta’ 12-il siegħa żejda.

 

Pawlu Pace kien jaf li l-każ tiegħu jinvolvi għexieren kbar ta’ eluf ta’ Ewro misruqa minnu. Kien jaf ukoll li mhux 12-il siegħa seraq imma aktar minn 4,000 jum xogħol.

 

Li wiehed jinkwieta hu mhux li jkollok ġurnalist li xi ħadd jirnexxielu jgħaddi passata żmien bih. Li jinkwetak hu li wara li Matthew Xuereb u t-Times skoprew il-verita’, u wara li saru jafu b’ ċertezza li Pawlu Pace żgwidahom waħda nobis, minflok ħarġu jesponu l-verita’, waqgħu fil-muta.

 

Allura wieħed jistaqsi x’inhi u kemm hi profonda r-relazzjoni ta’ Pawlu Pace ma Matthew u mat-Times. Wieħed jistaqsi x’inhu l-interess tar-Times li ppubblikaw storja kompletament inveritiera bħal din u meta jirriżultalhom il-maqlub, jidfnu l-istorja.

 

Hemm xi ħaġa tinten. Tgħid sar xi rikatt ta’ xi ħaġa, ma xi ħadd, x’imkien?

 

Sar xi theddid? Iddeffsu fin-nofs xi interessi biex l-istorja tinqatel biex qatt ma terġa’ tirxoxta?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *