Iż-Żjara Ta’ Times Talk fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin (1)

Neville Gafa

~ 2 days ago

Iż-Żjara Ta’ Times Talk fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin (1)

Segwejt b’interess Times Talk l-edizzjoni taż-żjara fil- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. F’din is-sensiela ta’ artikli se nkun qed nanalizza dak li ħareġ minnha. 

 

Fi kliemu stess, il-ġurnalist Mark Lawrence Zammit stqarr li waqt l-imsemmija żjara seta’ jara u jistaqsi li jrid. Żjara li ħadet aktar minn 4 siegħat. Fil-podcast huwa jispjega wkoll li ittieħdu diversi miżuri ta’ sigurtà, fosthom li kwalunkwe xogħol ta’ camera u footage ittieħed mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi stess u ingħatalu wara.

 

 

Id-differenza f’din iż-żjara kienet waħda aktar dettaljata minn żjarat preċedenti. Kemm il-ġurnalist kif ukoll il-poplu nġenerali li segwa din iż-żjara seta’ japprezza l-avvanzi kbar li saru fil-ħabs fl-aħħar snin taħt Amministrazzjonijiet Laburisti.

 

Li l-ħabs bejta tad-droga mmexxi minn xi reġina jew barunijiet magħrufa sar parti mill-passat. Minflok saret faċilità li sservi ta’ riforma bis-serjetà għal kull persuna li jgħix fiha. Ġew ingaġġati għadd ta’ professjonisti biex jaħdmu fuq riabilitazzjoni tal-persuna. Id-dixxiplina hija l-ordni tal-ġurnata.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *