L- Għeġubijiet fl- Awtorità tad-Djar

Neville Gafa

~ 10 hours ago

L- Għeġubijiet fl- Awtorità tad-Djar

Roderick Galdes se jibqa’ mfakkar bħala dak il-Ministru li taħt ir-responsabbiltà tiegħu jaħdem Edward Mizzi, dak li kien l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil.

 

Edward Mizzi jiġi t-tifel ta’ Eucar Mizzi, President tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex. Arċi Nazzjonalist mill- aktar influwenti fil-PN.

 

Mill-Uffiċċju ta’ min fl-2017 prova jitfagħna fl-Oppożizzjoni, Edward Mizzi sab postu fl-uffiċċju tas-CEO tal-Housing! Dan kollu bil-barka ta’ Roderick Galdes. 

 

 

Iżda llum se nitkellmu dwar sitwazzjoni differenti relatata mal-Awtorità tad-Djar. Fl-aħħar snin, kemm ilha taħt ir-responsabbiltà tal- Ministru Roderick Galdes, kien hemm istanzi fejn persuni ingħataw akkomodazzjoni soċjali. Fl-istess waqt, dawn l-individwi jsiefru ħames jew sitt darbiet fis-sena. Iżuru pajjiżi bħall-Emirati, l-Istati Uniti, Pariġi u Milan fost l-oħrajn. Iżda Alla jbierek is-sapienza t’Alla, skont vetting li sar mill-Awtorità tad-Djar, dawn l-individwi kienu leġibbli għal akkomodazzjoni soċjali. 

 

Iġġib għajnejk wara widnejk ‼️

 

Dan kollu Roderick Galdes ma jistax jiċħdu, għax Malta żgħira u n-nies magħrufa.

 

Fl-artiklu li jmiss nagħtu aktar dettalji.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Connie March 14, 2025

    no comment ma nistax nifhem

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *