Ħareġ mill-armarju kollu għanqbut

Neville Gafa

~ 2 days ago

Ħareġ mill-armarju kollu għanqbut

Minn Kontributur Speċjali mill-Imġarr ta’ Malta

 

 

F’seminar organizzat minn FIDEM li hi parti mis-soċjeta’ ċivili f’dawn il-ġranet ħa sehem ħadd anqas minn ċertu Joe Farrugia li sa ftit taż-żmien ilu kien Direttur Ġenerali tal-Għaqda ta’ Min Iħaddem, l-MEA u issa qiegħed konsulent plenipotenzjarju tagħha – jiġifieri għad għandu r-riedni f’idejh biex iparla li jrid mingħar m’għandu ebda mandat mill-Membri nfushom fi ħdan l-MEA.

 

 

Dan Farrugia magħruf bħala Spider gradwat fil-Marketing u jinqala’ biex ipinġi l-karikaturi izda sinonimu wkoll mal-falliment ta’ Patt Soċjali tal-era GonziPN li qatt fil-fatt ma kien ġie ffirmat.

 

X’kien ippropona dan Farrugia izjed minn 20 sena ilu biex Malta jkollha Patt Soċjali? Ried inaqqas il-ġranet tal-leave biex tiżdied il-produttivita’ tal-ħaddiem, ried jagħmel friża għal żieda fuq l-għoli tal-ħajja fil-pagi peress li skont hu jekk ħaddiem jieħu żieda għall-għoli tal-ħajja ikun ifisser li l-kompettitivita’ ta’ pajjiżna titnaqqar. Ried Joe Farrugia li dawk il-Festi Pubbliċi li jaħbtu s-Sibt u l-Ħadd ma jiżdiedux mal-leave annwali tal-ħaddiem. Issa reġa’ ħareġ mill-armarju tal-għanqbut leħen fid-deżert Farrugia biex jgħid li jeħtieġ isir Patt Soċjali biex Malta jkollna Family Friendly Measures‼️

 

Dan fl-istess art li ngħix jien qed jgħix dan Joseph Farrugia?

 

Mela nesa’ dan x’Family Friendly Measures daħħal il-Partit Laburista kemm ilu fil-Gvern f’dawn l-aħħar 12-il sena u fis-snin kollha li għamel fil-Gvern qabel?

 

 

Nesa’ dan Joseph Farrugia li kull darba li l-Partit Laburista fil-Gvern ippropona Miżura Favur il-Familja,  hu u erba’ bħalu li ma jirrappreżentaw lil ħadd joħorġu jnewħu kemm tali miżuri ser jiswew lill-Kaxxa ta’ Malta?

 

Iddeċiedi xi trid Spider peress li l-inkonsisitenża tiegħek hi biss sinonima mal-inkonsistenża tal-Partit Nazzjonalista li tant int leali lejh.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Cardona Carmel March 16, 2025

    ilqatt IL musmarr ezatt fuq rasu Neville

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *