FRANCESCA DEL GRECO, MARIA GORETTI U PAWLU PACE

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

FRANCESCA DEL GRECO, MARIA GORETTI U PAWLU PACE

Lil Francesca Del Greco ma naħsibx li qatt smajtu biha. Kienet nurse ġewwa sptar fi Blackpool, l-Ingilterra.

 

Maria Goretti persważ li ħafna minnkom ġieli semgħu biha. Hija kienet tgħix f’Ancona, l-Italja, u hija waħda mill-qaddisin verġni u martri tal-Kattoliċi.

 

Pawlu Pace tal-MUMN smajtu bih kollha. Huwa nurse bħalma kienet Del Greco imma ċertament li ma jikkwalifikax għall-qdusija bħal Maria Goretti għaliex la hu verġni u wisq anqas martri.

 

 

Lura għal Francesca Del Greco tajjeb li tkunu tafu li din in-nurse diżonesta, wara li nqabdet tissottometti, frawdolatament, 77 talba falza għal ħlas ta’ xogħol li qatt ma wetqet, liema talbiet komplessivament ammontaw għal ħlas qarrieqi ta’ £26,000, il-każ tagħha ġie għall-attenzjoni tan-Nursing and Midwifery Council tar-Renju Unit u dawn ħadulha il-warrant professjonali tagħha ta’ nurse.

 

Dan wassal biex b’mod naturali, kif jiġri f’kull pajjiż li jsejjaħ lilu nnifsu serju, Del Greco tkeċċiet mix-xogħol u bdew proċeduri kriminali kontriha dwar mizapproprazzjoni ta’ flus.

 

Dan hu każ simili ħafna għal ta’ Pawlu Pace. Pero s-similaritajiet jieqfu, sa issa, fuq in-natura tal-każ mhux fuq l-eżitu. F’Malta ,id-diżones Pawlu Pace seraq, bħalma għamlet Del Greco, b’talbiet ta’ ħlas għal xogħol li qatt m’għamel, però f’ammonti ħafna ħafna aktar minn Del Greco.

 

 

Biss biss ha €280,000 f’overtime li qatt ma ħadem. Dan ifisser għaxar darbiet aktar minn Del Greco. Magħhom trid iżżid għexieren, fuq għexieren ta’ eluf f’salarju fantażma u on call allowances finta.

 

Illum kulħadd jaf li dak li ili ngħid jien hu l-verita’. Pawlu Pace ma ċaħdu qatt avolja għamiltlu elf mistoqsija.

 

Fir-Renju Unit il-Kunsill tal-Professjoni u l-Pulizija għamlu xogħolhom. Imma f’Malta, sa issa, ma ġara xejn. Imma mhux se nippermetti li jibqa’ ma jiġri xejn. Min suppost għamel, jew min suppost qed jagħmel, xi ħaġa, irid jagħmilha.

 

Wara ara ma jnewwaħ ħadd.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Rita Falzon Gouder March 18, 2025

    Prosit bhal dejjem

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *