Illum għandi xi mistoqsijiet għal Dr. Marthese Portelli, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ. Dr Portelli hija Avukat imma ħafna drabi titkellem fuq l-Ekonomija u dejjem tirrepeti l-istess affarijiet:
1) Dr Portelli, huwa minnu li din il-ġimgħa qed torganizza laqgħa biex tfixxkel il-ħidma tal-Gvern u li bil-persistenza tiegħek qed idejjaq xi rappreżentanti ta’ min iħaddem għax qed jidhru koroh minħabba fik?
2) Dr Portelli, x’inhu l-involviment tiegħek (x’ħidma qed tagħmel) dwar l-elezzjonijiet li ġejjin tal-Kamra tal-Kummerċ?
3) Dr Portelli, għandek kunflitt ta’ interess fl-irwol tiegħek fil-Kamra tal-Kummerċ ma’ xi negozjanti partikolari?
4) Dr Portelli, huwa minnu li qed timbotta ‘l quddiem lil Norman Aquilina?
Dwar l-aħħar mistoqsija nitkellmu aktar ‘il quddiem.
Nistenna risposta mingħandek.
1 Comment
Nevell, fil camp nazzjonalista hemm sezzjonijiet varji, fosthom hemm BASS SILENZJUS U BASS PUBLIKU.. Fil mumemt ghax hekk jaqblila tinsab bhala BASSA SILENZJUSA