Sitwazzjoni Assurda fil-Ministeru ta’ Galdes

Neville Gafa

~ 1 month ago

Sitwazzjoni Assurda fil-Ministeru ta’ Galdes

Roderick Galdes se jibqa’ mfakkar bħala dak il-Ministru li taħt ir-responsabbiltà tiegħu jaħdem Edward Mizzi, dak li kien l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil.

 

 

Jumejn ilu rajna li minn kemm l-Awtorità tad-Djar ilha taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Roderick Galdes, kien hemm istanzi fejn persuni ingħataw akkomodazzjoni soċjali. Fl-istess waqt, dawn l-individwi jsiefru ħames jew sitt darbiet fis-sena. Iżuru pajjiżi bħall-Emirati, l-Istati Uniti, Pariġi u Milan fost l-oħrajn. Iżda Alla jbierek is-sapienza t’Alla, skont vetting li sar mill-Awtorità tad-Djar, dawn l-individwi kienu leġibbli għal akkomodazzjoni soċjali.

 

Sakemm qed jiġi ppubblikat dan l-artiklu ma kelna ebda ċaħda, la mill-Ministeru ta’ Galdes u lanqas mill-Awtorità tad-Djar.

 

 

Sadanittant, dan is-sit kompla jirċievi aktar tagħrif kemm dwar sitwazzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar kif ukoll fil-Ministeru. Għax jekk ħsibtu li l-ingaġġ tan-Nazzjonalist Edward Mizzi kien każ iżolat, allura sejrin żbaljati.

 

Bosta Qriema stqarru ma dan is-sit li biex tinqeda mill-Ministeru ta’ Roderick Galdes, trid tgħaddi permezz ta’ persuna partikolari. Mid-dehra anke dan huwa ta’ sentiment Nazzjonalista. L-istess sorsi ddeskrivewha bħala sitwazzjoni assurda illi Laburist taħt Gvern Laburista u Ministru Laburista, biex jinqeda jrid bilfors ikellem lil dan in-Nazzjonalist li huwa ta’ fiduċja assoluta tal-Ministru Roderick Galdes. 

 

Aktar dettalji fl- artikli li jmiss.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Simon Pisani March 17, 2025

    Mela hi u jien separat u irrid inhallas 850 fi xhar min paga ta 1400 plus loan ta karozza dawl ilma mux ekk
    Jien bdejt attivist fil brigata strajt ta liskell lil da liblah nafu waraja fil programm ma zernieq il one li kont ukoll volontier u meta mort tefani il barra qalli anzi ghandek fejn toqod bil kirja sena sena inqatta imsarni.tafni zgur Neville ax kont qdejtni fuq xi problema ta pilloli ax diabetic
    NASAL MA NIVVUTAX din id darba (Kompli dwar dan il pahahu forsi iwwarbu u nemmen li il partit itafi gerha li bhalissa ghandu grazzi habib

    Reply
  2. Franklin Theuma March 17, 2025

    L-agħar ministru fl-istorja.Dan il-Ministru esperjenzajtu jien personalment. Jien ngħix fi blokka li xi darba kienet tal-Gvern. Jien xtrajt dan l-appartament mingħand min kien ħadu mingħand il-Gvern fi snin 80. F’din il-blokka jgħixu anzjani li llum kibru u saru priġunieri f’darhom stess minħabba raġunijiet ta’ saħħa.Tkellimna fuq li tkellimna,saħansitra lejliet l-elezzjoni bħal ma jagħmlu ħafna ittantajna xortina biex jiġi installat lift.Biex nagħmilha ċara mill-ewwel,ħadd minnha ma ried xejn b’xejn,iżda kif tista tfiehem lil dak l-anzjan/a li jrid johroġ għaxar t’elef ewro mill-but biex jiġi installat lift? Kull ma ridna ftit għajnuna,iżda sibna l-bibien magħluqa. Il-ministru Galdes sa wasal biex qalli li jien irrid inwaddab ministru l-ħabs! Qalli “ministru jista jinstalla lift fi blokka privata? Biex inkun ċar il-komun u l-arja huma tal-Gvern! Xi jiem wara l-istess ministru ghax jaf li żgarra,bagħtilna ittra biex il-Gvern jaghmlilna l-faccata! MELA XOGĦOL TA FAĊĊATA MHUX FI BLOKKA PRIVATA KIEN SE JSIR MINISTRU? BIEX TAGĦMLILNA L-FAĊĊATA KONT LEST LI TMUR IL-ĦABS? Oħroġ il-għaġeb tal-għeġubijiet bħal każ tagħna fuq distrett li jikkontesta hu,għalaq għajnejh u l-lift sar! Ir-residenti f’din il-blokka tant irrabjaw li wħud minnhom ma marrux jivvutaw! Il-ministru kien kuntent li jtellef il-voti fl-elezzjoni lil Partit li tant ħadem u għamel il-ġid. il-ħsara saret!

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *