Id-Defnisti Dejjem Kontra Malta

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Id-Defnisti Dejjem Kontra Malta

Il-Liberties Rule of Law Report 2025 sab li fl-2024, Malta naqset milli tagħmel xi progress sinifikanti. Dan kollu ġie ppublikat f’Rapport ġdid ta’ 600 paġna li jevalwa l-istat tas-Saltna tad-Dritt madwar l-Unjoni Ewropea.

 

Tgħiduli x taħseb? Diżappuntat?

 

Mhux talli minix diżappuntat, talli lanqas jien sorpriż. Anzi qatt ma kelli dubju li se joħroġ tali riżultat.

 

 

U se ngħid għaliex.

 

Tafu min hemm wara dan Ir-Rapport? Il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia.

 

Il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia kienet waħda minn 43 organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li tat kontribut għal dan Ir-Rapport fażull.  Dan huwa s-sitt rapport annwali tal-Libertajiet dwar is-Saltna tad-Dritt mill-Unjoni tal-Libertajiet Ċivili għall-Ewropa li ġie mħejji.

 

Ċuċ min joqgħod fuqu u jikkwotah. Rapporti simili juru biss kemm huma mzazen dawn is-suppost għorrief u paladini tad-Drittijiet tal-Bniedem li kontinwament jaqaw għan-nassa tad-Defnisti. 

 

 

 

Sintendi, ta’ Newsbook kienu minn tal-ewwel li jikkwotawh. Min jaf kemm għorku jdejhom meta wasal għandhom.

 

Kif qatt jista’ wieħed jieħu bis-serjetà rapport bħal dan meta warajh hemm l-id mhux moħbija tal-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia!

 

Dawn huma l-istess klikka estrema li flimkien mal-għaqda Repubblika, ta’ kull xahar jinġabru quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir jivvomtaw kontra l- Labour u l-Gvern Laburista.

 

Rapport ikkonsmat minn l-istess klikka ta’ nies estremi li l-poplu Malti ilu li warrab mill-2013. 

 

Il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia temmen li b’dawn il-manuvri malinni qed timmina isem Malta ma diversi Istituzzjonijiet, fosthom dawk Ewropej. Sa ċertu punt qed jirnexxu. L-ironija hi li dawn l-istituzzjonijiet huma korrotti aktar minn reġimi li kontinwament jiktbu u jaġixxu kontrihom.

 

 

Sakemm il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia jibqgħu il-‘focal point’, Malta mhux se narawha titla’ qatt. Sitwazzjoni simili bħal ma tirriżulta fit-Transparency International. Kollox barra trasparenza.

 

Lis-sinjuri tal-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia ngħidilhom li l-akbar Rapport li jevalwa l-istat tas-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna huwa wieħed; Ir-riżultati fl-Elezzjoni Ġenerali. Fi tlett elezzjonijiet ġenerali minn l-2013, il-poplu iġġudika. L-opinjonijiet u l-manuvri tagħkom huma irrelevanti daqskom.

 

 

Tajjeb li nfakkru li Daphne Caruana Galizia Foundation qed jitolbu ħames miljun ewro kumpens mill-Istat relatat mal-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia.

 

Kumpens ta’ xiex? Talli kienet tirrifjuta fixed point?

 

Talli kienet ixxerred l-mibegħda?

 

Talli qatt ma ħallset taxxa?

 

Talli kellha każ ta’ vjolenza domestika?

 

Kumpens ta xiex, Sinjuri Caruana Galizia?

 

Qabel ma tmorru Brussell jew Berlin tippuntaw subajkom lejn il-Gvern Malti, għandkom l-ewwel santissima ħaġa tgħidulhom minn verament kienet l-eroj tagħkom. Imbagħad forsi tibdew tidhru ħarira kredibbli.

 

Malta l-ewwel u qabel kollox.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Running Commentary March 18, 2025

    A hateful family that holds the country in contempt.

    Them and their followers, a small minority but a very loud one and one with clout thanks to their international alliances, will keep at this game. Their venom is mass produced it seems….i think they even find it difficult to smile due to the acrid taste in their mouths.

    Reply
  2. saviour stivala March 18, 2025

    Tas-sahara tal-bidnija umma parti prima min dawk imsejha NIES SAHTA TA PAJJIZHOM.NIES SAHTA TA-MALTA.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *