Fil-Parlament illejla għadni kemm tlabt division sabiex kull membru parlamentari elett fil-Kamra tar-Rappreżentanti jiddikjara l-vot tiegħu fil-Mozzjoni ta’ ċensura fil-konfront tal-Onor. Karol Aquilina u ta’ appoġġ għall-ħidma tal-Ispeaker.
Mhux aċċettabbli li l-Oppożizzjoni ħarġet ‘il barra mill-Parlament biex ma jiddikjarawx il-vot tagħhom għax ma jistgħux jilħqu qbil bejniethom dwar kif se jivvutaw.
Dan qiegħed nagħmlu b’appoġġ sħiħ lejn il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti li nemmen li jixraqlu kull rispett, u għalhekk il-vot tiegħi se jkun favur din il-mozzjoni.