Minn Korrispondent Speċjali mill-Imġarr ta’ Malta
Malli l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Guido DeMarco ppreżenta t-talba ta’ Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin is-Soċjalista Gianni DeMichelis fil-Farnesina, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan fiż-żmien meta l-Italja assumiet il-Presidenża tal-Unjoni Ewropea, nhar is-16 ta’ Lulju, Festa tal-Madonna tal-Karmnu, it-Trijonverat tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ta’ dak iż-żmien kien jaf li ġej terremot.

Guido de Marco
Il-Ġerarkija Ekkleżjastika Maltija magħmulha mill-Arċisqof Mons. Ġużeppi Mercieca, il-Vigarju Ġenerali tiegħu Mons. Annetto Depasquale u l-Arċidjaknu tal-Kapitlu tal-Katidral Mons. Carmelo Xuereb kienu konxji x’ġej għal Malta. Dawn kienu jkunu Ruma b’mod regolari fuq xogħol tal-Arċidjoċesi u kienu jitkellmu ma’ Prelati ġos-Santa Sede dwar huma x’jiffaċjaw fid-Djoċesijiet tagħhom fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Sa minn dak iż-żmien bikri, l-akbar inkwiet kien id-dħul tad-Divorzju f’pajjiżna. Ta’ tlett min-nies intelliġenti u li ma kienux sajmin lanqas dwar kif taħdem l-Unjoni Ewropea u li għalihom kienet tfisser mhux Liberta’ imma Libertinaġġ, huma kienu jiddjalogaw kontinwament mal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Eddie Fenech Adami dwar din l-akbar preokkupazzjoni tagħhom. Kien Fenech Adami stess li tahom aċċertazzjoni li sakemm idum hu Prim Ministru d-Divorzju f’Malta ma jidħolx. Hekk fil-fatt kien.

Eddie Fenech Adami
Spiċċa Fenech Adami minn Prim Ministru u lil Lawrence Gonzi qamulu l-irwiefen kollha ġol-Partit Nazzjonalista, mhux l-anqas dwar id-dħul tad-Divorzju f’Malta. Kellu esponenti ewlenin fosthom l-Ex Ministru Michael Falzon li miet tul is-sena li qegħdin fiha li kien qed ikollu appoġġ għall-ħtieġa tad-dħul tad-Divorzju. Gonzi ma setax iwaqqaf il-moviment li beda’ jitħarrek u kien ċar ħafna partikolarment għall-Arċisqof Mercieca li kien ser jidħol zgur imma ma kienx jaf meta ezatt.
La darba l-PN rebaħ l-elezzjoni tal-2008 b’maġġoranza ta’ mhux izjed minn 1,500 vot, ma kien hemm xejn xi jzomm iżjed li l-pass li jmiss jittieħed. L-Arċisqof Cremona kien qed jiġi mgħarraf dwar x’kien qed jinħema izda kien jaf li kien tsunami li ma tistax twaqqfu. Dan wassal biex fl-2011 sar ir-referendum u d-divorzju spiċċa daħal. Kienet id-daqqa tal-mewt għall-Arċisqof Cremona – kien ikun mgħajjar dgħajjef, ġifa, mixtri, bla sinsla, mhux ta’ prinċipju, laxk – kull titlu li kien jinstab b’mod dispreġġattiv kien jintqal lilu.

Arċisqof Pawlu Cremona
Minkejja l-kurrenti li kellu kontrieh l-Arċisqof Cremona, ħass bl-izjed mod sinċier li ma setax imur kontra r-rieda espressa tal-maġġoranza tal-Għawdxin u l-Maltin. Imma l-ilpup lebsin ta’ nagħaġ lill-Mons. Cremona kienu ddeċidew li jagħmlulu ħajtu nfern u jaraw x’joħolqulu biex jirrezenja. Hu kien konxju tal-fatt li għamel li seta’ biex ma jidħolx id-Divorzju izda kien jaf ukoll li l-Knisja f’Malta għal diversi raġunijiet meta tkun affaċjata minn ċirkostanzi simili jkun diffiċli għaliha li tikseb kredibbilta’.
Kien il-bidu tat-tmiem għall-Arċisqof Cremona. Mela għaliex kien persuna li temmen fil-prinċipji tad-demokrazija, il-porkerija ta’ saċerdoti li ma ħamlux li jħalluh kwiet issa ħolqu tsunami lilu. Alla ried iżda li jirnexxilu jitlaq u li ma jħallix lil tali lpup imarduh. Imma minn hemm kellu jgħaddi u min jaf kemm minnhom taw fuq sidirhom waqt il-quddiesa tal-funeral tiegħu.
Ma ninsewx imma x’jgħid il-Malti : Alla ma jħallasx bin-nhar ta’ Sibt.
1 Comment
Iva. Dawk tal-curia li kienu wara l’attaki fuq Cremona kolla kienu emm ghal funeral. u il princimes fosthom (DUN BERUIT) U l’ex-editur tat-T.O.M li DUN BERUIT inqeda bih, arkubtejhom akkumpanjawh it-tebut.