Kenneth David Churchill inħatar espert fuq l-inkjesta Vitals fit-2 ta’ Settembru 2020. Dakinhar, kellu 70 sena. Illum għalaq il-75 sena.
Magħruf ukoll bħala Dave Churchill.
Inħatar mill-Magistrat Gabriella Vella fuq rakkomandazzioni ta’ Jeremy Harbinson. II-probabilta’ bl-imbuttatura ta’ Samuel Sittlington ukoll għax Sam u Dave għamlu żmien bħala sħab fin-negozju.

Kenneth David Churchill
Dave Churchill għadda numru ta’ snin bħala l-Kap tat-Taqsima tal-Frodi fi ħdan il-West Midland Police Economic Crime Unit (England). Għamel xi żmien ħadem ma’ Harbinson-Mulholland, fl-Irlanda ta’ Fuq. Jeremy Harbinson kien partner f’din il-kumpannija ta’ accountants u awdituri.
Fl-2013, waqqaf il-kumpannija The Fraud Company Ltd, flimkien ma Samuel Sittlington u David Graves. Isem din il-kumpannija wara bidel għal Fraud Management Services (UK) Limited. Id-diretturi ta’ din kienu Kenneth David Churchill u Samuel Sittlington. Fil-11 ta’ Settembru 2015 din il-kumpannija ġiet xolta wkoll.
Dave Churchill, kien waqqaf il-kumpannija tiegħu waħdu, Churchill Fraud Solutions Ltd fl-1 ta’ Settembru tal-2005. Kienu hu u martu Diane Patricia Churchill bħala diretturi.
Bejn I-2006 u l-2019, din it-kumpannija kellha medja ta’ ftit aktar minn 32,000 sterlina bħala assi netti fis-sena. Wara li Dave Churchill inħatal ft-inkjesta Vitals fl-2020, il-medja tal-assi netti tal-kumpannija tiegħu telgħu għal medja ta’ 324,000 lira sterlina fis-sena.
Jiġifieri bil-ħatra tiegħu fl-inkjesta, Dave Churchill kabbar il-kumpannija tiegħu b’aktar minn 10 darbiet. U dan f’perjodu ta’ 4 snin biss.
Kemm hu tajjeb ikollok il-ħbieb fis-suq! Irrendiet bil-kbir il-kolluzzioni bejn Jeremy Harbinson, Dave Churchill u Samuel Sittlington.
Wara li laqqat dak kollu li seta’ jieħu mill-inkjesta Vitals, Dave Churchill ukoll ħass li għandu jagħlaq il-kumpannija tiegħu. Beda I-proċess f’Diċembru 2023 u aċċellerat bil-kbir fi Frar 2025. Skont il-likwidatur, il-kumpannija mistennija tiġi xolta fit-3 ta Mejju 2025.