Ivan J. Bartolo għadna qed nistennewk tgħidilna dwar Bernard Grech

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Ivan J. Bartolo għadna qed nistennewk tgħidilna dwar Bernard Grech

Min jaħseb li dan is-sit mhux se jibqa’ jiġri wara l- Partit Nazzjonalista u l-iskeletri li għandhom moħbija sejjer żbaljat.

 

Bernard Grech

 

Għal min jaħseb li l-istorja tat-taxxa mhux mħallsa ta’ Bernard Grech hija storja magħluqa nistghu ngħidulu li baqa’ ħafna x’ joħroġ.

 

Tajjeb li nfakkru li bħal Daphne Caruana Galizia, Bernard Grech ukoll għamel snin twal jevadi t-taxxa. Is-sorsi tagħna mid-Dar Ċentrali qalulna li persuna li taf ħafna dwar din l-istorja huwa l-Onorevoli Ivan Bartolo tas-6pm. Bartolo jaf ħafna fuq Bernard Grech u l-iktar meta ħallas l-arretrati tat-taxxa.

 

Bernard Grech ġab 60,000 ewro biex ħallas it-taxxa


Il-fatt li seba’ xhur ilu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għamel pressjoni fuq l-Onor. Ivan J. Bartolo sabiex dan ma jirreżenjax ikomplu jsaħħu dan kollu.

 

Se nerġa’ nistaqsik Sur Ivan Bartolo.

 

X’se tgħidilna fuq il-ħlas tat-taxxa ta’ Bernard Grech wara snin sħaħ jevadi?

 

Taf tgħidilna kif Bernard Grech ġab 60,000 ewro biex ħallas it-taxxa?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *