Ippermettuli nikkummenta dwar dak li kitbet ċertu Karen Zerafa Boffa. Jidhirli din waħda mid-Defnisti. Klikka estrema u mgħarrqa fin-negattivita’. Bħal ma tistgħu taraw f’ dan ir-ritratt, din is-Sinjura tappoġġja r-reġim nazzista ta’ Zelensky.

Karen Zerafa Boffa
Karen Zerafa Boffa appellat lill-poplu Malti sabiex isegwi dak li qed jiġri fit-Turkija. Skont hi, il-President Recep Tayyip Erdoğan qed jaħqar l-Oppożizzjoni fosthom billi jarresta ‘l kull min jikkritikah.
Aktar minn hekk, kellha l-ardir tgħid lill-Gvern Laburista qed jaġixxi bl-istess mod u qed jagħmel oppressjoni kontra l-Oppożizzjoni u saħansitra jhedded lill-Repubblika, (tajjeb tkunu tafu li tqabillhom ma Solidarność), li skont kliema hija għaqda kbira. Mentri fil-verità dawn jammontaw għal 943 membru, iżgħar minn każin tal-banda tar-raħal.
Qalet ukoll li l-Gvern Laburista qed joqtol id-Demokrazija.
Karen Zerafa Boffa jew ħakmitha d-dimensja, jew qed tgħix f’dinja għaliha, inkella trid tqarraq. Għax li kieku ġenwina kienet tammetti li dan il-Gvern huwa l-akbar Gvern fl-Istorja ta’ pajjiżna. Elett b’maġġoranza astronomika. Tant kienet kbira, li sal-lum Karen Zerafa Boffa u erba’ oħra jiġru ma saqajn għadhom ma jistawx jaċċettaw.

Recep Tayyip Erdoğan was re-elected for a third term as President of Turkey in a second-round election run-off on 28 May 2023
Issa Sinjura Karen Zerafa Boffa, la għoġbok tikteb dwarha, ħa nikkummenta dwar is-sitwazzjoni politika fit-Turkija għax bħala persuna li ngħix it-Turkija għandi dritt nikkummenta aktar minnek. Se nkun fil qasir għax jekk nibda, nispiċċa nikteb volumi.
Dak li għamel Mr. Erdoğan kemm ilu fil-poter ma għamlu ħadd qablu. Reġa’ poġġa t-Turkija fuq il-mappa u ttrasforma pajjiżu f’potenza dinjija. Dak li int qed tpinġi bħala dittatur, infakkrek li f’inqas minn sentejn ilu reġa rebaħ mandat elettorali enormi. U dan ftit ġimgħat biss wara terremot qawwi li ħalla ħerba sħiħa f’parti mill-pajjiż. L-aktar li ħareġ b’ saħħtu Erdoğan kien appuntu f’din il-parti. Għax iż-żgħir jaf jagħżel min verament jixtieqlu l-ġid.

Mass meeting election campaign 2023
Dispjaċir wieħed għandi; li Malta ma għandniex mexxej bħalu. Għax kieku iżżeggu mhux tagħmlu l- Monument tal-Assedju l-Kbir mandra. Tgħid mhux hekk‼️
Tkasbru monument nazzjonali u qisu ma ġara xejn. Għax sibtu Mħallef puppatur u paxxiekom. Imħallef li biegħ u żeblaħ monument nazzjonali li huwa ta’ kulħadd. Kellu bżonn kelna mexxejja patrijotti bħal Mr. Erdoğan. Kieku dan in-nejk f’Malta ma jeżistix.

Joe Zammit McKeon
Għalhekk dan il-ksuħat kollu, għax sibtu Gvern Laburista artab wisq maghkom.
Inħeġġek tiġi tgħix hawn it-Turkija ħalli titgħallem x’inhi dixxiplina. Ħalli titgħallem taprezza u tħobb dak li hu patrimonju nazzjonali.

Mass meeting election campaign 2023
Sinjura Karen Zerafa Boffa, fejn ma tafx titkellimx. Isma minni.
Filmat Mass meeting, kampanja elettorali 2023👇
https://nevillegafa.com/wp-content/uploads/2025/03/export_1685387039530-1.mov
3 Comments
Kieku ghawn Malta ghawn Erdogan kieku lil din u tuzzana qtates imxarbin ta madwara il-hara min halqom harigilhom.
naqbel mieghek neville gafa il ghaliex it turkija minn pajjiz maghluq taht erdogan gie pajjiz miftuh li anke rigward negozju infetah u anke maltin immorru jaghmlu negozju.id dixxiplina li hemm bilfors trid tkun f pajjiz b dik il populazzjoni kolla pero l iktar li nara u naqbel magha kemm il poplu tork ghandu rispett lejn il forzi tal ordni u l pulizija.kemm hemm x nitghalmu minnom filwaqt li kif dejjem nghid.il gvern malti ghandu ikun u jaghti l poter u sostebinolita kolla b ghajnuna lil forzi tal ordni u l pulizija taghna sabiex nitghalmu ingibu rispett lejhom .kieku dak li gara fuq il monument tal assedju gara t turkija kieku sal lum ibqa zgur li diga hemm l arresti u hadd ma jerga jipprova ikisser u ihammeg wirt kulturali li wara kollox hu tal poplu malti….
Prosit Emanuel.