Pia Vassallo ta’ Repubblika u Occupy Justice tilgħabha tal-qaddisa

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Pia Vassallo ta’ Repubblika u Occupy Justice tilgħabha tal-qaddisa

Pia Vassallo ta’ Repubblika, Occupy Justice, Defnisti u mitt ħaġa oħra tilgħabha tal-qaddisa.

 

Għamlet ġimgħa tikkuntattja kull gazzetta biex tghidilhom li l-iżviluppatur Michael Stivala għamel toqba fil-ħajt tad-dar tal-ġenituri tagħha.

 

 

Qabbdet lil sħabha kollha jikkummentaw.

 

Saħansitra qalet lil buddy tagħha Herman Grech biex jikteb editorjal tas-Sunday Times fuq hekk.

 

 

Tafu x’ ma qaltilnix Pia Vassallo?

 

Li l-ħaddiema ta’ Stivala kienu qed jaħdmu biex ineħħu dak li suppost kien ħajt tal-appoġġ fil-propjetà tiegħu.  Minflok iżda sabu li kien il-ħajt tal-penthouse ta’ Vassallo.

 

Jiġifieri dawn flok kienu bnew ħajt ta’ appoġġ kif suppost għamlu bil-liġi, qabdu u bnew illegalment mall-appoġġ ta’ Stivala.

 

Saħansitra l-perit tagħha ammetta li kienu kisru l-liġi biex jisirqu ftit spazju u jkabbru l-penthouse.

 

 

Taf int iżda billi jisirqu ftit ta’ Repubblika ma ġara xejn.

 

Pia Vassallo qalet “Malta is not a normal country”.  Veru għax f’ pajjiż normali ħallelin li jisirqu propjeta’ ta’ ħaddieħor jagħlqu ħalaqhom u mhux imorru fil-gazzetti jilgħabuha tal-vittmi.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala March 23, 2025

    Prosit Gafa.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *