Nhar l-Erbgħa 2 ta’ April 2025 jaħbat għeluq it-tieni sena minn meta s-Sur Pawlu Pace, bħala President tal-MUMN, tefa’ post fuq facebook jattakka lill-Ministru Jo Etienne Abela.
Ħa nfakkru ftit lill-ardit Pawlu Pace x’kien tella’ fuq facebook dakinhar.
Nhar il-Ħadd 2 ta’ April 2023, fit-8am, Pawlu Pace kien tella’ post biex javża lil kulħadd li l-Ministru Jo Etienne Abela, li dakinhar kien Ministru ghall-Anzjanita’ Attiva, mhux tajjeb li jkun Ministru tal-Agrikoltura aħseb u ara kieku kellu jinħatar Ministru tas-Saħħa. U biex ikun ċert li dan ma tkunx tafu biss Malta u Ghawdex, l-ardit Pawlu Pace kiteb il-messaġġ bil-lingwa Ingliża.
“This Man….” qalilna “not fit to be Minister for Agriculture, let along (alone) Health.”
Issa li deħlin fit-tieni sena minn din id-dikjarazzjoni solenni, u wara li minn dakinhar lil hawn il-bravu kirurgu Jo Etienne Abela nħatar Ministru tas-Saħħa u żamm ukoll l-Anzjanita’ Attiva, tajjeb li l-ardit Pawlu Pace jgħidilna għadux jaħsibha l-istess fuq il-Ministru tiegħu.
Jekk mhu se jgħid xejn ikun ifisser li għadu tal-istess fehma. Jekk bidel fehmtu, allura irid jgħidilna li kien żbaljat u jagħmel apploġija pubblika.
Nistennew u naraw.