Karen Zerafa Boffa u r-Rule of Law

Neville Gafa

~ 4 days ago

Karen Zerafa Boffa u r-Rule of Law

Karen Zerafa Boffa waħda mill-ftit li għadhom jgħixu fil-passat. Waħda minn ftit minn nies li m’għandhom xejn aħjar x’ jagħmlu għajr li jassoċjaw ruħhom ma Repubblika, Occupy Justice, Defnisti u dak kollu li huwa kontra l-Labour.

 

Mhux se nidħol fuq id-dettal dwar dak li kitbet dwar is-sitwazzjoni politika fit-Turkija, għax emmnuni tal-biki, però l-Ħadd li għadda kellha l-ardir tgħid li Gvern Laburista qed jagħmel oppressjoni kontra l-Oppożizzjoni kif ukoll qed joqtol id-Demokrazija.

 

 

Sinjura Zerafa Boffa, int li tant tridha tal-paladina tar-Rule of Law, għandi mistoqsija għalik.

 

X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar l-impjegati fiċ-Ċivil li jitilqu kmieni minn fuq il-post tax-xogħol sabiex imorru jagħmlu xogħol privat? Bħall-Perit Toni Bezzina per eżempju?

 

Għal lum nieqaf hawn. Se nistenna tweġiba mingħandek qabel inkompli.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *