Robert Aquilina Politikament fi Stat ta’ Ġenn

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Robert Aquilina Politikament fi Stat ta’ Ġenn

Dwar Robert Aquilina nibqa’ nsostni dak li ktibt dwaru ta’ sikwit.

 

Robert Aquilina huwa persuna li diffiċli tifhem il-psikoloġija tiegħu. Dan huwa wieħed minn dawk il-klikka ta’ nies li minħabba fihom il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ mgħarraq fil-ħara.

 

Huwa wieħed minn dawk li bil ħsieb, bi kliemu u b’ għemilu, il-PN se jibqa’ ikkastigat fl-Oppożizzjoni.

 

Issa dalgħodu ħareġ b’oħra. Kumbinazzjoni dwar Joseph Muscat. Għax għandkom tkunu tafu li dan għandu ossessjoni kbira għal Dr. Muscat. Insomma konvint li lkoll tafu.

 

Robert Aquilina

 

Mela f’sentenza jgħid li teżisti muntanja ta’ evidenza kontrih, biex f’sentenza oħra  jgħid li mhux se ssir ġustizzja, għaliex il-każ kontra Muscat jaqa’.

 

Tajba din Nutar. Mhux ovvja se jaqa’‼️ Għax mhux talli ma hemm l-ebda evidenza kontrih, talli kienet Ħadma Maġisterjali Nobis. Esperti forensiċi mqabbda mill-Maġistrat Gabriella Vella, li żgur ħadd ma jista’ jgħid li hi ta xi twemmin Laburista, maqbuda f’tahwida papali. Esperti barranin li ħadu l-flus u ħarbu.

 

Gabriella Vella

 

Erba’ minnhom qed ixolju jew diġà xoljew il-kumpaniji rispettivi tagħhom minn wara li ġiet fi tmiemha l-istess inkjesta. Dwar dan kollu Robert Aquilina ma jlissen xejn.

 

Mela ħalli ngħidlek. Taf x’qed nistennew issa Sur Nutar tal-Kurja? Li żewġ kumpaniji oħra jiġu xolti wkoll. Iżda għal Robert Aquilina kollu tort ta’ Anġlu Gafa’ u Victoria Buttigieg.

 

Każ ta’ ĠENN Dr. Aquilina.

 

Dwar din il-kawża, dan is-sit se jkompli jikxef l-għawar ta’ kull min hemm bżonn.

 

 

Se nagħtik parir Dottore. Irrassenja ruħek u ibda derri minn issa, għax il-każ se jsir FRAKK. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *