Dan is-sit jinsab infurmat li s-Sur Pawlu Pace tal-MUMN reġa’ ġie msejjah mill-Pulizija għal aktar interrogazzjoni. Propju s-Sibt li għadda, Pace deher quddiem l-Ispettur Rodney Wayne Borg.

Pawlu Pace
Sadanittant, minkejja li beda jiġi interrogat mill-Pulizija fuq akkużi kriminali serji u gravi li jistgħu jwasslu għal priġunerija u anki interdezzjoni ġenerali, Pawlu Pace qed jibqa’ jirreżisti li jirriżenja.
Saħansitra, it-Tnejn li għadda kellu l-ardir imur jirrappreżenta lill-Malta Union for Midwives and Nurses fil-bini tal-Parlament Ewropew, fuq stedina ta’ Roberta Metsola.
1 Comment
Int, Neville tahseb li sakem ghadu frisk daqs hassa ha jitlef gita imhalsa full-board?.