Esklussiva : Nibdew ninvestigaw allegazzjoni relatati ma allokazzjonijiet soċjali

Neville Gafa

~ 4 days ago

Esklussiva : Nibdew ninvestigaw allegazzjoni relatati ma allokazzjonijiet soċjali

Ftit ġimgħat ilu dan is-sit żvela kif irċevejna mijiet ta’ messaġġi ta’ rabja minn Laburisti, speċjalment mid-Distrett fejn jikkontesta l-Ministru Roderick Galdes. Dan wara li żvelajna li Edward Mizzi, l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil, jispiċċa “Senior Manager in the CEOs Office” fl-Awtorità tad-Djar.

 

 

Iġġib għajnejk wara widnejk b’ċertu messaġġi li rċevejna minn Ħal Qormi b’mod partikolari.

 

Dan is-sit issa għadda għal fażi oħra ; qed ninvestigaw kull messaġġ li daħal, numru minnhom relatati ma allokazzjonijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali.

 

Fl-aħħar snin, kemm ilha taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Roderick Galdes, kien hemm istanzi fejn persuni ingħataw akkomodazzjoni soċjali. Fl-istess waqt, dawn l-individwi jsiefru ħames jew sitt darbiet fis-sena. Iżuru pajjiżi bħall-Emirati, l-Istati Uniti, Pariġi u Milan fost l-oħrajn. Iżda Imbierka s-sapienza t’Alla, skont vetting li sar mill-Awtorità tad-Djar, dawn l-individwi kienu leġibbli għal akkomodazzjoni soċjali. 

 

Brooklyn Bridge

 

Iġġib għajnejk wara widnejk ‼️

 

Dan kollu la Roderick Galdes u ħadd ma jista’ jiċħdu.

 

Dawn huma Fatti.

 

Sadanittant, matul il-jum tal-Ġimgħa, dan is-sit bagħat email indirizzata lill-‘Head of Customer Care’ tal- Ministeru. Din bħala parti mill-investigazzjoni ġurnalistika li qedgħin nagħmlu.

 

Sakemm morna għall-pubblikazzjoni ta’ dan l-artiklu bqajna ma rċevejna ebda tweġiba, anke meta bghatna messaġġi fuq WhatsApp. 

 

 

Qed nippubblikaw il-korrispondenza mibgħuta lil Ms. Marvic Grech, Head of Customer tal- Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli.

 

Ms. Marvic Grech

Head of Customer Care

Ministry Social and Affordable Accommodation

28th March 2025

 

 

Dear Ms. Grech,

 

I hope this message finds you in good health. My name is Neville Gafa, and I am reaching out from nevillegafa.com with a few inquiries regarding your esteemed role as Head of Customer Care within the Secretariat of the Ministry for Social and Affordable Housing.

 

Specifically, I am interested in understanding the extent of your involvement in decisions pertaining to social housing allocations. 

 

Could you kindly elucidate whether your role has encompassed any direct or indirect responsibilities connected with these decisions? 

 

Furthermore, have you facilitated any individuals’ applications to the Housing Authority for social housing allocations? 

 

If so, I would appreciate if you could provide insights into the number of cases you have managed, the proportion that resulted in the opening of files at the Housing Authority, and ultimately, the number that were successfully granted social housing.

 

Please let me know at your earliest convenience, ideally by end of business today, as your insights would be invaluable to my research.

 

Thank you for your attention and cooperation.”

 

 

Dan is-sit se jkompli jaġġornakom b’kull żvilupp.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *