JITĦABBRU DIVERSI MIŻURI LI JARAW LI JNAQQSU T-TRAFFIKU

Neville Gafa

~ 3 days ago

JITĦABBRU DIVERSI MIŻURI LI JARAW LI JNAQQSU T-TRAFFIKU

Matul il-jum tas-Sibt ġew imħabbra diversi miżuri u inċentivi li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jimmitiga t-traffiku filwaqt li jtejjeb is-servizz pubbliku. 

 

Il-Gvern ikkonferma wkoll il-pjan tiegħu li jinċentiva lin-nies biex ma jsuqux il-karozzi privati tagħhom billi joffrilhom somma flus mifruxa fuq ħames snin.

 

 

Nemmen li dawn huma miżuri li l-Gvern studja b’reqqa qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li jidħlu fis-seħħ. Mhux hekk biss, iżda dan kollu sar wara konsultazzjoni pubblika li tnediet fl-aħħar xhur u wasslet biex inġabru 879 proposta.

 

Aktar kmieni wara nofsinhar, internament għaddejt l-opinjoni tiegħi “li jkun aħjar jekk naraw l-istampa kollha l-ewwel. Jien ċert li pass studjat, però rridu nistennew meta tibda taħdem. Il-fatti rridu naraw. Teoriji kulħadd kapaċi jagħmel. Il-fatti jridu jitkejlu.”

 

Kien hemm min lanqas ipprova jifhem dak li qed ngħid u nterpretaw l-opinjoni tiegħi fin-negattiv. Minn naħa tiegħi, mill-ftit esperjenza politika li għandi, tlabt sabiex jibgħatulna ‘terms and conditions’ tal-iskema sabiex nifhmu sew kif se tkun qed taħdem. Dan għall-fatt ukoll li ma tantx inkun Malta u għaldaqstant ma jkollix aċċess ta’ kollox minnufih. 

 

Ma naħsibx li kont qed inkun negattiv. Iżda lanqas laħaq għadda wisq ħin. Xi ħadd bghatilna filmat ta’ intervista li l-Ministru għat-Trasport Chris Bonett kellu dalgħodu stess. Propju l-Ministru Chris Bonett ikkonferma dak li tlabt għalih jien u ħabbar t-‘terms and conditions’ se jkunu qed jiġi ppubblikati biex imbagħad  konsegwentement toħroġ l-iskema.

 

Qabel ma nibdew nagħmlu l-kritika tagħna, kemm jekk favur jew kontra, l-ewwel jeħtieġ li jkollna l-istampa kollha. Inkella nkunu qisna pappagalli.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *