Ma jiċħadx li se jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali mal-PN

Neville Gafa

~ 3 months ago

Ma jiċħadx li se jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali mal-PN

Xahrejn ilu, dan is-sit staqsa lill-Prof. Andrew Azzopardi mistoqsija sempliċi. Iżda sal-lum, minkejja li għandu diversi mezzi kif jista’ jwieġeb, baqa’ ħalqu magħluq.

 

Mhux talli ma weġibx, talli ma ċaħadx. Aħna ninterpretaw dan is-skiet bħala konferma li Andrew Azzopardi se jkun fuq il-lista tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista. 

 

Prof. Andrew Azzopardi taċ-ċingi bħall-eroj tiegħu Austin Gatt u Manuel Delia

 

Prof. Andrew Azzopardi u wieħed minn dawk li jriduha tal-paladini tal-politika onesta. Dilettant taċ-ċineg bħal l-eroj tiegħu Agostino Pio Gatt u Manwel Delia.

 

Manuel Delia

 

Aħna nawguralu kull suċċess, għax aħna m’aħniex tfal ħżiena. Iżda minn naħa l-oħra għandna kull dritt li nkunu nafu u nisimgħu minn għandu.

 

Austin Gatt

 

Tinsewx Andrew Azzopardi itella’ programm fuq l-istazzjon tal-Knisja u għaldaqstant għandna dritt inkunu nafu jekk l-Arċisqof Charles Ġuda ġiex infurmat minn Andrew Azzopardi bil-ħsieb li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali.

 

Charles Ġuda

 

Profs. Azzopardi,

 

Huwa minnu li se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista?

 

Il-poplu għandu dritt isir jaf sabiex nibdew nifhmu aħjar l-aġenda tiegħek.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *