Galdes Jiddefendi Lil Mizzi U Jobżoq Lil Zerafa

Neville Gafa

~ 2 days ago

Galdes Jiddefendi Lil Mizzi U Jobżoq Lil Zerafa

Fil-jiem li għaddew, Il-Ministru Roderick Galdes mar jiġri jsib rifuġju fuq l-istazzjon tal-Knisja, speċifikament fuq il-programm tad-Defnist Andrew Azzopardi.

 

Waqt il-programm, il-Ministeru Roderick Galdes iddefenda lil Edward Mizzi, “Senior Manager in the CEOs Office” fl-Awtorità tad-Djar. Edward Mizzi kien l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil.

 

 

Osservaturi politiċi li tkellmu magħna ġibdulna l-attenzjoni li għalkemm dan is-sit kien ukoll kritiku lejn Matthew Zerafa, CEO tal-Awtorità tad-Djar, il-Ministru Galdes fl-ebda waqt ma wera’ appoġġ jew solidarjetà ma Zerafa.

 

Fl-istess waqt però ħareġ għonqu għal Edward Mizzi, bin Eucharist Mizzi, arċi Nazzjonalist, President tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex. Meta wieħed janalizza dawn il-fatti, ma tridx tkun xi professur biex tintebaħ li Galdes lest jipproteġi lil Mizzi iżda mhux lil Matthew Zerafa, anke meta l-istess Zerafa jappoġġja lil Edward Mizzi kontinwament. 

 


Waqt fuq il-programm tad-Defnist Andrew Azzopardi, Galdes bagħat sinjali
li jistgħu jiġu interpretati li hu bħala Ministru responsabbli, jiġi jaqa’ u jqum mill- CEO tal-Awtorità tad-Djar, basta ma jintmess hu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *