Roderick Galdes mar jiġri jsib rifuġju fuq il-programm tad-Defnist Andrew Azzopardi. Dan bl-għan aħħari li jirbaħ punti politiċi.
Matul il-jum tal-Ħadd, sorsi qrib sew tal-Ministru Roderick Galdes tkellmu magħna u stqarrew li Galdes jinsab taħt pressjoni kbira. L-istess sorsi qalulna wkoll li saħansitra ġew avviċinati nies fid-distrett sabiex jikkumentaw fuq il-mezzi soċjali u juru appoġġ lill-Ministru Galdes.
Intant, dan is-sit ser jibda jistaqsi mistoqsijiet diretti lill- Ministru Galdes.
Onor. Galdes, huwa minnu li kien hemm istanzi fil- ‘Revisory Committee’ tal-Awtorità tad-Djar, fejn int fil- kompitu tiegħek ta’ Ministru kont tagħti struzzjonijiet lis-Segretarja tal-Kumitat biex applikazzjonijiet ta’ applikanti fuq id-Distrett Elettorali li fuqu tikkontesta int jiġu agevolati?
Tista’ ġentilment tispjega?
2 Comments
Jekk jirriżulta li hemm xi verita’ li bħala Ministru kien jagħti struzzjonijiet lis-Segretarja tal-Kumitat biex applikazzjonijiet ta’ applikanti fuq id-Distrett Elettorali li fuqu jikkontesta int jiġu agevolati, verament irid ikollok mentalita’ infantili! Meta taġixxi b’dan il-mod tkun forsi tirbaħ vot u titlef għaxra!!! Barra minn hekk kull ministru jrid jiftakar li qiegħed hemm biex iservi lil kulħadd u mhux lin-nies tad-distrett tiegħu biss. Mentalita’ tribali li suppost ilha li nqagħtet minn dan il-pajjiż. Ċertament li mhux l-uniku wieħed u għalhekk hemm bżonn żabra fil-kabinett!
Mija u wehied fil mija li emm bzon zabra fil kabinett, Barra iz-zabra li emm bzon emm bzon izjied control strett mil Prim Ministru fuq il-kabinett/Ministri.