Il-Ministru Roderick Galdes, f’reazzjoni ddisprata għal dak li qed ikun żvelat permezz ta’ dan is-sit, qed jhedded li se jkun qed jimmobilizza in-nies tiegħu biex imexxu l-kelma sabiex in-nies tad-Distrett jivvutaw Number 1 lilu u jħallu barra il-bqija tal-kandidati Laburisti.
Din tmur kontra kull parir u direttiva li kull elezzjoni ġenerali tingħata mill-Partit Laburista, fejn dejjem jisħaq li l-votanti għandhom jivvutaw lill-kandidati kollha fuq il-lista tal-Partit Laburista.
Dan is-sit saħansitra għandu ‘voice messages’ mingħand nies li jiffurmaw parti mis-Segretarjat tal-Ministru Galdes jikkonfermaw dan kollu.
F’każ li jsir kif qed jgħid Galdes, allura l-Partit se jkun qed jitlef ammont kbir ta’ voti meta jiġu għal wirt.
Dan huwa attentat iddisprat tal-Ministru Roderick Galdes għall-fatt li qed jantiċipa żminijiet diffiċli għall-karriera politika tiegħu.
Ibqgħu segwu dan is-sit għal aktar tagħrif li se jkun qed jiġi żvelat.