Minn kontributur
Bla dubju jkun interessanti jekk il-familja Caruana Galizia tgħidilna kemm kien hemm individwi u kumpanniji li avviċinawha biex jinfurmawha li s-Sinjura Daphne kellha ammonti sostanzjali ta’ flejjes x’tagħtihom u baqgħu bix-xamma – Insemmulhom ftit lill-familja Caruana Galizia tgħid bħal per eżempju xirjiet li kienet tagħmel minn diversi ħwienet fil-Mosta fejn imsieken tal-ħanut kienu jniżżlu fuq pitazz li għandha tagħtihom u jispiċċaw ma jitħallsu qatt.
Garages tal-kiri tal-karozzi li kienet tikri mingħandhom u jispiċċaw ma jitħallsux, tant li wara ċertu żmien meta ndunaw li qed jingidmu bdew jitolbuha depożitu qabel il-Kirja tal-karozza. U xi ngħidu għal tellara u mechanics li kienet issewwi għandhom d-diversi karozzi li kellha tul is-snin u li baqgħu bil-fifra peress li qatt ma tħallsu tas-servizz li tawha. Dwar dan imisshom jitkellmu l-familja ta’ Daphne – għamlet ħsara lil Malta u gidmet xeba’ nies li spiċċaw qatt ma tħallsu. Forsi kienet temmen li kien dritt tagħha wkoll li tigdem lin-nies bħalma kienet temmen li hu dritt tagħha li tħammeġ lin-nies bil-kitba qarrieqa tagħha?
Forsi ser jagħmlulhom xi bailout tar-Repubblika jew l-Occupy Justice ta’ Manuel Delia lill-familja ta’ daphne? Iżjed ma jgħaddi ż-żmien iżjed jitla’ iż-żejt f’wiċċ l-ilma u iżjed ikompli jidher dak li qal l ex Segretarju privat ta’ Lawrence Gonzi, illum assistent personali tiegħu u Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li qabel l-istess PN jingħaqad ma jistax ixomm it-tmexxija ta -Gvern. Dan ma jfissirx li l-Laburist jafda – lill-faxxisti ma tista’ tafdahom qatt peress li dawk kienu dejjem klassisti bħal Daphne u lesti li jeskludu lil kulħadd basta jibqgħu ggranfati mal-poter.
Hu dmir ta’ kull Laburist li jara li ma jippermettix li Malta treġġa’’ l-arlogg lura għal iżjed minn għexieren ta’ snin meta t-timbru tas-soċjetà’ kien il-klassiżmu. B’nies bħal Roberta Metsola, Simon Busuttil, Beppe Fenech Adami, Claudette Buttigieg u oħrajn fi ħdan il-PN biex ma nsemmux l-aħwa Karol u Robert Aquilina ta’ Repubblika, de Crespo taghhom dr. Jason Azzopardi Malta mhux is-saltna tad-dritt titlef imma l-identita’ tagħha ta’ Malta ħanina fejn iż-żgħir u l-batut jiġi l-ewwel.