Dak Kien l-Arċisqof Pawlu Cremona, Dumnikan ta’ Vera

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Dak Kien l-Arċisqof Pawlu Cremona, Dumnikan ta’ Vera

Minn Kontributur Partikolari mill-Imġarr ta’ Malta

 

 

Wara li x-xahar l-ieħor ħalla din id-inja il-mibki Patri Dumnikan Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona, il-media kienet u għadha miżgħuda b’kummenti u annedoti dwar il-ħajja effettiva li kellu dan ir-reliġjuż par excellence kif jgħidu bil-Franċiż.

 

L-Arċisqof Mons. Pawlu Cremona OP kien bniedem awtentiku, imfittex bħala saċerdot biex jagħti rtiri lil kulħadd mhux biss saċerdoti u reliġjużi peress li kien jgħix dak li jemmen u jemmen dak li jgħid, għaldaqstant kienet toħroġ minn ġo fih l-awtentiċita’ tiegħu. Kien persuna ġenwina għall-aħħar – kif jgħidu bl-Ingliż – what you see is what you get – mhux ser jidħaq bik qatt. Dak li tara ġo fih hu ntrinsikament hu.

 

 

Għaldaqstant kienet toħroġ virtu’ oħra fih, dik tat-tjubija – ġid lil kulħadd u deni lil ħadd. It-tjubija sporġiet fl-umilta’. Reliġjuż iffurmat fl-Ordni Dumnikan li jgħix il-virtujiet teologali reliġjużi tal-ubbidjenża, kastita’ u poverta’ fil-milja tal-umilta’.

 

Dan għalhekk kien ifisser li Patri Pawl kif dejjem kien magħruf kien iħaddan spiritwalita’ kbira, mhux biss kien jgħix l-ispiritwalita’ evanġelika imma fuq kollox kien jgħix l-ispiritwalita’ Dumnikana li jwassal il-kelma tal-Ħallieq bil-predikazzjoni sempliċi imma qawwija tiegħu. Bniedem b’Dottorat fit-Teoloġija li kien jinżel għall-livell tan-nies kollha.

 

 

L-Arċisqof Pawlu Cremona ma kellux kuluri politiċi, u kien għalhekk il-komplott li għamlulu ċerti saċerdoti biex ineħħuh mit-treġija tal-Arċidjoċesi. Kellu biss f’qalbu l-poplu t’Alla u l-poplu Malti. Hu rrappurtat li meta Mons. Charles Jude Scicluna kien mar bħala Vigarju Ġenerali tiegħu f’viżita ġol Brazil izur lill-Patrijiet Agostinjani Maltin, jingħad li hemm qal li ma setax jifhem id-Dikasteru responsabbli mill-Isqfijiet ġol-Vatikan x’kienu rawlu lill-Patri Pawl Cremona OP.

 

Dan il-portal preċedentement diġa kien irraporta kif kien inħatar Patri Pawl Arċisqof u għall-benefiċċju tal-qarrejja din hi l-link li wieħed jista’ isegwi biex jara tali kontribuzzjoni:         

https://nevillegafa.com/2025/03/20/l-ghazla-tad-dumnikan-patri-pawl-cremona-bhala-arcisqof-ta-malta/

       

 

Minkejja li Scicluna lill-Arċisqof u Superjur tiegħu kien jiddeskrivieh bħala ċapsa, bla dubju meta jħalli din id-dinja Scicluna mhux ser ikun hawn ebda eloġju dwaru ħlief sorsi mill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia li kien imur iqaddsilha ġol-Bidnija fejn kienet ħalliet il-karozza barra meta għamlulha l-bomba fiha, xi Manuel Delia tal-Occupy Justice u n-Nutar tal-Kurja nnifisha Robert Aquilina.

 

Iz-żmien għad jagħtina parir Charles Ġuda imma issa iżjed minn qatt qabel qegħdin napprezzaw bħala Maltin x’ġawra kellha l-Knisja Kattolika f’Malta fil-persuna tal-Arċisqof Mons. Pawlu Cremona OP.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *