Bl-Ingliż jgħidu ‘never a dull moment’. Hekk tista’ tikkummenta dwar l-inkjesta teatrin tal-Maġistrat Gabriella Vella.
Fis seduta ta’ t-Tlieta ġie żvelat li l-Maġistrat Vella ffirmat li l- espert Andy Coles ħalef quddiemha fuq il-bibbja fit-22 ta’ April 2024 dwar ix-xogħol li wettaq.

Gabriella Vella
Iżda Coles innifsu xehed taħt ġurament li minn naħa tiegħu hu qatt ma ħa ġurament u qatt ma iltaqa’ mal-Maġistrat Vella.
Minn din il-balbuljata kollha, xi ħaġa ħarġet ċara ; li jew Gabriella Vella jew Coles, xi ħadd minnhom qed jigdeb.