Wara li Roderick Galdes mar jiġri jsib rifuġju fuq il-programm tad-Defnist Andrew Azzopardi bil- ghan li jirbaħ punti politiċi, dan is-sit beda jistaqsi mistoqsijiet diretti lill- Ministru Galdes. Onor. Galdes.
Mistoqsijiet li Galdes baqa’ ma weġibx.
Onor. Galdes, jekk taħseb li għax ilni jumejn ma nikteb dwarek, allura l-mewġa spiċċat, sejjer żbaljat bi kbir.
Anzi aktar ma tevita li twieġeb, aktar qed tikkontribwixxi sabiex il-mewġa tinbidel f’terremot politiku.
Illum għandi mistoqsija oħra għalik.
Onor. Galdes,
Huwa minnu li mhux l-ewwel darba li għamilt ċertifikati mediċi sabiex ma tattendix għal seduti parlamentari, biex tkun tista’ tqatta’ xi long weekend f’xi propjetà minn tiegħek fi Sqallija?