Esklussiva: Pawlu Pace għadu kif rikeb l-ajruplan għal Brussels. Ma min se jiltaqa’ din id-darba?

Neville Gafa

~ 2 months ago

Esklussiva: Pawlu Pace għadu kif rikeb l-ajruplan għal Brussels. Ma min se jiltaqa’ din id-darba?

PAWLU PACE LURA FI BRUSSELS

 

 

Dan l-artiklu Pawlu Pace se jkun qed jaqrah minn Brussels. Għadu kif rikeb l-ajruplan għall-Brussels u onestament, wara li tela’ ġimgħatejn ilu biex jiltaqa’ ma Roberta Metsola, din id-darba m’ għandix idea ma min se jiltaqa’.

 

 

Xi ruħ tajba però qaltli li mhux se jsir l-iżball li sar id-darba l-oħra għax din id-darba għamel ċert li l-laqgħa li għandu ma tiġi publicizzata mkien.

 

Jista’ jkun li se jiltaqa’ mal-European Federation of Nurses Association li żgur urew interess fl-artikli li ktibt jien bil-lingwa Ingliża.

 

Irrispettivament ma min hi l-laqgħa, nispera li jsib ħin jispjega kif jista’ jkun qala’ €269,000 f’overtime u on-call f’10 snin.

 

Nispera li ma joqgħodx jiddejjaq jinforma lil min għandu jinforma dwar x’hiex interrogah l-Ispettur Rodney Wayne Borg. U nassumi li se jkun sinċier u jistqarr kemm tkarrab, u għadu jitkarrab, biex ma jitressaqx il-Qorti.

 

Hu x’inhu l-każ, nistenna li l-Ispettur Borg ifittex jagħlaq xogħlu u jagħmel dak li suppost ilu li għamel.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *