Matul din il-ġimgħa rajna urugan fil- Partit Nazzjonalista. Kollox sploda permezz ta’ artiklu tad-Defnist Kevin Cassar. F’dan l-artiklu partikolari, Cassar ħareġ attakk bla preċedent fil-konfront tal-Onor. Alex Borg.

Kevin Cassar
Ħafna fil-qalbha tal-PN qed iħarsu lejn Alex Borg, Membru Parlamentari Għawdxi, bħala il-futur Kap tal-Partit Nazzjonalista. Iħarsu lejh bħala l-futur tal-PN.
Jekk wieħed iqis id-diżastru li għadda minnu l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar tnax il-sena, allura wieħed jista’ jifhem għaliex nibet dan il-ħsieb qalb in-Nazzjonalisti.
Fl-aħħar jiem stajna nosservaw u nsewgu baraxx ta’ artikli dwar sitwazzjoni li litteralment kompliet taqsam il-PN f’aktar fazzjonijiet. Minn naħa ta’ dan is-sit rajna li flok noqgħodu niktbu u nattakkaw lill-PN, għażilna nibqgħu lura u nanalizzaw is-sitwazzjoni politika attwali tal-Partit Nazzjonalista. Sitwazzjoni li nbidlet f’temp ta’ ftit siegħat wara sempliċiment artiklu.
X’ wassal verament għal dan l-urugan fil- PN?
X’kien l-għan aħħari tal-artiklu miktub mid- Defnist Kevin Cassar?
Ta’ min hi l-id moħbija wara dan l-artiklu?
Dawn huma l-mistoqsijiet ewlenin li wieħed għandu jqajjem sabiex jibda jifhem eżattament x’ġara.
Kevin Cassar miżżewweġ lit-tifla tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami. Il-bidu tat-tmiem ta’ Eddie beda eżatt meta tfaċċa quddiemu Kevin Cassar. Però dwar dan ikollna ċans nitkellmu aktar dwaru ‘il quddiem.
Huwa sigriet magħruf li l-aġenda ta’ Kevin Cassar hija sollenament dik tal-familja Fenech Adami. Xejn aktar u xejn inqas.
Wieħed għandu jiftakar ukoll dak li dan is-sit kemm il-darba emfasizza, li ħafna mill-artikli tal-kirurgu Cassar jiġu mħejjija minn l-akbar id li qatt ħakmet fil-PN ; Richard Cachia Caruana.
Richard Cachia Caruana huwa leali biss lejn il-familja Fenech Adami. L-aktar persuna fdata minn Eddie Fenech Adami għal għexieren ta snin.
Tgħiduli, imma fejn trid tasal?
Jekk wieħed iħares lura dak li ppubblikajna ftit xhur ilu, propju fid-data ta’ għeluq snin Eddie, dan is-sit kien żvela ix- xenarju politiku tal-PN. Tiskanta kif il-magna tal-Partit Laburista lanqas biss indenjat ruħha tevalwa dak li ktibna.
Beppe għandu tifel avukat u tafu x’jismu? Eżatt bħan-nannu! – Edward Fenech Adami.
Jekk Edward iż-żgħir isir Kap ħames snin oħra u jagħmel 27 sena Kap bħal nannuh, dan ifisser kważi mitt sena ta’ Edward Fenech Adami fil-PN.

Edward Fenech Adami
Dak inhar konna argumentajna kif il-futur ħadd ma rah, però jekk Edward Fenech Adami ż-żgħir se jitħajjar għal Kap tal-PN, min se jazzarda jmissielu dik l-kariga?
Fil-PN dak l-isem ifisser maġija. Edwardi x-xiħ sar Kap fl-1977 u għamel 27 sena kap tal-PN.
Simon Busuttil, Adrian Delia u Bernard Grech qatt m’huma se jkunu Prim Ministri. Ir-rwol ta’ Bernard Grech huwa li jsodd it-toqob sakemm jitfaċċa l-Messija.

Eddie u Beppe Fenech Adami. Skont iz-zokk il-fergħa.
Min se jkun l-Messija? Ma nafx. Imma li naf huwa li Beppe Fenech Adami kellu aspirazzjonijiet li jkun fit-tmexxija tal-PN izda bħala Deputat Kap falla.
Ikun ifisser ukoll li ma taw ċans lil ħadd biex jibqgħu dejjem huma. Taw ċans biss lil min jista’ jsoddilhom it-toqod sakem jerġa’ jitfaċċa l-Messija bl-istess isem maġiku.
Mitt sena ta’ Edward Fenech Adami fil-PN?
Mil-1977 sal-2077? Iva. Dik hija x-xewqa tal-familja Fenech Adami. Aspirazzjoni aktar minn xewqa li fil-Partit Laburista ħadd ma ntebaħ biha, u ftit huma dawk fil-Partit Nazzjonalista li ntebħu biha.

Alex Borg
Kif żviluppa x-xenarju fl-aħħar xhur, lanqas l-istess Partit Nazzjonalista ma rah ġej għal wiċċu. Tfaċċa Alex Borg, tifel mill-gżira ta’ Għawdex b’aspirazzjonijiet kbar. Bil-mod il-mod beda jiġbed l-attenzjoni ta’ Nazzjonalisti kemm f’Għawdex iżda wkoll f’ Malta. Dan kollu beda jurta lill-fazzjonijiet diversi fi ħdan il-Partit tal-maduma. Sal-punt li bdew iħarsu lejh bħala xkiel ewlieni għall-aspirazzjonijiet tal-familja Fenech Adami.
Għaldaqstant, kellhom jirrikorru għall-intervent tal-Kardinal. Dan kien il-bidu ta’ taqbida ħarxa fil-konfront ta’ Alex Borg. Fih qedgħin jaraw l-aspirazzjonijiet tal-Messija jisfaxxaw. U ħa ngħiduha kif inhi; lill-RCC ħadd ma jridu jkun għadu tiegħu, għax il-konsegwenzi politiċi jkunu katastrofiċi.
Ġejjin żminijiet interessanti ħafna fi ħdan il-PN. L-elezzjoni li ġejja Metsola mhux se tiġi u l-PN se jerġa’ jitlifha. Din is-sitwazzjoni se toħloq gwerra nterna oħra li se terġa twassal lill-Partit ta’ Fenech Adami għal telfa kbira oħra fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Għax tinsew qatt sa fejn jaslu ta’ Fenech Adami, dak li kien nstab ħati li llibella lil Alfred Sant lejlet l-elezzjoni tal-1996. Tinsewx x’ għamlu lill-Deputati Nazzjonalisti stess li ma kienux qed jiġbdu l-ħabel tagħhom.

Edward Fenech Adami
Però wara l-elezzjoni li jmiss Edward Fenech Adami ż-żgħir ikollu żmien daqs kemm kellu Joseph Muscat meta sar Mexxej. Tgħid ikun iż-żmien li jitfaċċa l-Messija wara ħafna kapijiet falluti? L-isem Edward Fenech Adami jaf jiddomina lil PN għal seklu sħiħ.
Sadanittant, ninsab ċert li huma ħafna fil-PN li mhux jindunaw ta’ x’qed jinħema minn wara l-kwinti.
1 Comment
🤔🤔🤔🤔