L-attakk ta’ Kevin Cassar fuq Alex Borg qajmet kaos kbir fil-PN u rabja kbira fost l-partitarji.
Għandna informazzjoni mil-qalba tal-partitarji Nazzjonalisti li huma ċerti li l-attakki ta’ Kevin Cassar fuq Deputati Nazzjonalisti kien hemm warajhom l-familja Fenech Adami, Beppe u Michael. Kevin Cassar miżżewweġ lil oħt Beppe, it-tifla ta’ Eddie Fenech Adami.
Qed jikber is-suspett li dawn l-attakki qed jorganizzawhom bl-iskop li jeliminaw elementi validi mil-partit biex mal-ewwel opportunità isir Kap tal-Partit xi ħadd mil-familja Fenech Adami li jista’ jkun it-tifel ta’ Kevin Cassar stess, certu Xandru Cassar li Eddie Fenech Adami jiġi nannuh.
Il-partitarji Nazzjonalisti qed ifittxu provi konkreti ta’ dan il-pjan dijaboliku u jekk isibuhom lesti jippreżentaw mozzjoni fil-partit biex l-aħwa Beppe u Michael Fenech Adami jitkeċċa mil-PN.
1 Comment
Il-glieda bejn il-fazzjonijiet.
Gonzi kien aktar ghaqli.