Roberto Montalto imur f’ħanut tat-tè fejn kien hemm il-vittma tiegħu

Neville Gafa

~ 1 month ago

Roberto Montalto imur f’ħanut tat-tè fejn kien hemm il-vittma tiegħu

Roberto Montalto, l-Avukat ta’ Daphne Caruana Galizia ingħata pleġġ ta’ €10,000 u jiffirma kuljum l-Ghassa tas-Sliema.

 

 

Dan wara li tressaq b’ arrest quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima b’akkużi ta’ swat fuq mara. 

 

Magistrate Astrid May Grima


Il-Qorti tagħti Ordni ta’ Protezzioni kontra l-akkużat taħt għadd ta’ kundizzionijiet fosthom tipprojbixxi jew tirrestrinġi Iill-avukat Roberto Montalto milli javviċina jew b’xi mod isegwi I-movimenti tal-vittma.

 

Sadanittant, dan is-sit jinsab infurmat li aktar kmieni llum, Roberto Montalto deher f’ħanut tal-kafè l Belt Valletta. Fl-istess kafè kien hemm il-vittma tiegħu minn ħin qabel ma tfaċċa hu.

 

 

Mhux magħruf jekk il-vittma għamlitx rapport lill-pulizija.

 

Nittama li l-awtoritajiet jagħtu kas ta’ dan l-artiklu u jinvestigaw. Ma jistax ikun li dan il-kodard jibqa’ jagħmel li jrid, saħansitra jinjora ordni tal-Qorti.

 

Tajjeb infakkru li f’każ li l-Qorti ssib lil Roberto Montalto ħati li kiser xi projbizzjoni jew restrizzioni imposta fuqu, dan jista’ jeħel multa ta’ sebat elef Ewro (€7,000) jew priġunerija ta mhux izjed minn sentejn (2) jew it-tnejn li huma.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Joseph Farrugia April 18, 2025

    Neville keep going strong .

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *