Dan il-każ li seħħ fl-2005 meta Tonio Borg kien Ministru, Silvio Camilleri kien Avukat Ġenerali u John Rizzo Kummissarju tal-Pulizija.
Dan kien Żmien id-Dlam tar-Rule of Law meta l-persuni arrestati ma kienux jingħataw dritt għal avukati waqt l-interrogazzjoni.
Bħala konsegwenza ħafna statements ġew dikjarati inammissibli u nies ġew liberati anke minn akkużi serji kif ġara f’dan l-każ.

Lawrence Gonzi
It-traskuraġni u tkaxkir tas-saqajn tal-ex Ministru Tonio Borg wassal biex jinkisru drittijiet tal-akkużati u anke tal-vittmi kif jidher li seta’ ġara f’dan il-każ.
Huwa tal-mistħija li wara li ħalla s-setturi tal-Ġustizzja u l-Intern fiż-żmien tad-Dlam tar-Rule of Law issa huwa Lettur l-Universita’ fuq l-istess suġġetti.