Minn Korrispondent Speċjali
Meta wieħed jirrifletti dwar dak li ntqal mill-Patri Charles Tabone, Dumnikan, l-għada tal-mewt tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona, Dumnikan bħalu, wieħed jibda’ jistaqsi allura: ‘L-Isqof Charles Scicluna li sakemm l-Arċisqof Cremona kien għadu bit-treġija tal-Arċidjoċesi f’idejh, kellu xi sehem biex iwassal biex l-istess Arċisqof Cremona jirriżenja?

Patri Charles Tabone,
Il-qarrejja ta’ dan il-portal jaraw lill-Arċisqof Scicluna li hu Avukat iżjed bħala bniedem politiku milli saċerdot, anzi jarawh f’dell ta’ politikant? Scicluna familjari mal-awtur Taljan Macchiavelli li dejjem wera bħala kittieb kif bniedem idur mal-affarijiet biex imbagħad jieħu dak li jrid?
Wara li l-poplu t’Alla f’Malta esperjenża t-tjubija tal-mibki Arċisqof Cremona, jaħseb l-istess poplu t’Alla li s-saċerdoti djoċesani għad għandom fiduċja u stima f’Scicluna?

Charles Ġuda
Minn dak li l-poplu t’Alla juri b’attendenza għall-attivitajiet li jkun preżenti għalihom Scicluna, ma tantx jidher li lanqas il-poplu t’Alla ma fadallu dik l-istima u fiduċja f’Scicluna. X’kienu l-fatturi li wasslu imma biex il-poplu t’Alla f’din l-Arċidjoċesi ma jibqax ikollu fiduċja fir-ragħaj spiritwali tiegħu?
Il-ġerarkija tal-Knisja f’Malta konxja li l-poplu t’Alla f’din l-art Maltija għandu ndizji ċari ta’ attivitajiet sesswali bejn saċerdoti djoċesani u membri għolja tal-istess ġerarkija Kattolika preżenti f’Malta?

Arċisqof Pawlu Cremona
Jidher ċar li b’dak li ntqal mill-Patri Charles Tabone, Dumnikan, fuq il-meżżi tax-xandir dwar l-Arċisqof Cremona, dan għolla l-għatu tal-borma u qiegħed iqajjem iżjed mistoqsijiet milli jagħti tweġibiet lis-saċerdoti djoċesani, lir-reliġjużi u lill-lajċi.
Meta wieħed jirrealizza li Scicluna qatta’ 17-il sena fi ħdan il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi ġol-Vatikan jinvestiga abbużi sesswali fl-istess Knisja Kattollika madwar id-dinja, hu għaldaqstant dejjem emmen li min hu mċappas fi ħdan il-ġerarkija Kattolika Maltija ma jinġiebx għall-ħaqq u jibqa’ untouchable?