Minn Korrispondent Speċjali mill-Imġarr ta’ Malta
Kull min hu tal-eta’ tiegħi u riesaq lejn l-eta’ tal-irtirar jiftakar li meta konna żgħar u konna nippruvaw inkellmu lil xi ħadd f’widnejh jew widnejha kienu jgħidulna li pastazata kbira. Dak kien jgħidulu tfesfis meta konna żgħar u l-istess għadu jgħidulu sal-lum.
Mela għaldaqstant kemm kien bil-għaqal il-Partit Laburista fil-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela li assigura li jinqata’ dak li hu magħruf bħala pastazata? Mhux iżjed aċċettabbli li jiġi xi ħadd u jfesfes f’widnejn xi ħadd taparsi biċċa tagħrif u permezz ta’ dik it-tfesfisa tinfetaħ x’inkjesta maġisterjali li minħabba fiha dak li jkunu tfestfu dwaru jibqa’ b’dell fuqu għal għomru peress li bla dubju nkjesta ma tinqata’ qatt.
Hu għal dan id-dritt liċ-ċittadin Malti li vvutaw bi ħġarhom id-Deputati Laburisti fil-Parlament Malti din il-ġimgħa. Ivvutaw biex jekk jiġi xi Ċikku Ċappisa u jfesfes xi ħaġa f’widnejn xi ħadd bl-intenzjoni li tinfetaħ inkjesta bil-maġistrat li minħabba fiha jibqa’ imdendel għal għomru bla ebda ħtija ta’ xejn biss iżda għaliex kien hemm xi ħadd li fesfes, issa aħna bħala Ċittadini stmati tal-ewwel klassi kif dejjem ried il-Partit Laburista lil dan il-poplu, darba għal dejjem iċ-ċittadin ser ikollu rasu mistrieħa li ħadd ma jista’ idendillu xi kuz li jibqa’ imsallab bih fuq salib iżjed milli salbu lil Sidna Ġesu’ Kristu fuq il-Kalvarju u jkunu rrovinawh mid-dinja.
Dak hu t-tarka – il-Partit Laburista, iċ-ċittadin jibqa’ l-ewwel dejjem.