Swaba tal-partitarji Nazzjonalisti ppuntati lejn l-familja Fenech Adami

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Swaba tal-partitarji Nazzjonalisti ppuntati lejn l-familja Fenech Adami

Tal-llum huwa wieħed mill-agħar surveys għal PN. Lil Adrian Delia neħħewh minħabba s-surveys iżda qatt ma kellu survey ħażin daqs dan.

 

 

Imma qed tikber il-mewġa fost l-partitarji Nazzjonalisti li jippontaw subgħajhom mhux biss lejn Bernard Grech għal dan id-diżastru iżda għal familja Fenech Adami, l-aħwa Beppe u Michael, u r-raġel t’ohtom Kevin Cassar.

 

Fost l-partitarji qed timxi l-kelma li ta’ Fenech Adami jimmanuvraw minn wara l-kwinti jimbuttaw nies bhal Repubblika u jistaħbew warajhom. Li jridu partit mkisser sakemm jilħaq kap wieħed mil-familja tagħhom li jista’ jkun Xandru, t-tifel ta Kevin Cassar.

 

Xandru Cassar

 

Il-partitarji issa qed jindunaw kif fuq media ta’ ħmistax-il sena ġew u marru ħafna nies u kapijiet iżda ta’ Fenech Adami dejjem kienu jiddettaw minn wara l-kwinti.

 

L-għajta hi li ta’ Fenech Adami jew imexxu huma jew ikissru. Missierhom għamel seba’ u għoxrin sena kap bi tmexxija ta mibegħda u Beppe wkoll aspira għat-tmexxija iżda falla bħala Deputy Leader fl-2017.

 

Qed jikber is-suspett fost l-partitarji Nazzjonalisti li l-pjan tal-familja Fenech Adami huwa li jistennew sa wara l-elezzjoni li jmiss biex ipoġġu kap bħala Messija xi neputi ta Eddie Fenech Adami li jista’ jkun Xandru Cassar t-tifel ta Kevin Cassar.

 

Kevin Cassar jintuża mil-familja Fenech Adami biex jiġu attakkati elementi validi fil-PN li huma leadership material u li allura jistgħu ħarbtu l-pjan tal-familja Fenech Adami.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *