Urtat għaliex insiru nafu kull meta jsawwat xi mara

Neville Gafa

~ 1 month ago

Urtat għaliex insiru nafu kull meta jsawwat xi mara

Dan hu Dr. Roberto Montalto. Magħruf li jsawwat in-nisa. Għax taf int, ma mara fiha daqs nofsu faċli jagħmel l-arja.

 

 

Fil-jiem li għaddew, Roberto Montalto tressaq b’ arrest quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima b’akkużi ta’ swat fuq mara u ingħata pleġġ u jrid jiffirma kuljum l-Ghassa tas-Sliema.

 

Magistrate Astrid May Grima

Dan huwa l-aħħar episodju minn bosta ta’ swat minn Roberto Montalto. Att kodard minn raġel kodard. Għax ejja ngħidu l-verità, trid tkun veru kodard biex issawwat mara.

 

Intant, ninsabu infurmati li l-akbar problema li għandu bħalissa l-avukat Montalto hi li dan is-sit ikun minn tal-ewwel li jsir jaf kull meta jsawwat xi mara. Sorsi mill-Pulizija tkellmu magħna u qalulna li saħansitra waqt l-arrest tiegħu, Roberto Montalto lmenta mal-Pulizija mill-għassa tal-Belt Valletta għax dan is-sit dejjem ikun infurmat kull meta jsawwat xi mara.

 

Minflok inkwieta għal saħħet il-vittma tiegħu, lmenta għaliex Gafa’ jkun jaf mill-ewwel bil-konsegwenza li nesponu r-reat tiegħu ma Malta kollha.

 


Dan ir-raġel perikoluż u bla rispett lejn in-nisa, postu huwa l-ħabs ta’ Kordin.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. George Catania April 13, 2025

    Ghandu bzonn l ghajnuna

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *