Beppe Fenech Adami jibgħat messaġġ li kollox se jibqa’ kif inhu

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Beppe Fenech Adami jibgħat messaġġ li kollox se jibqa’ kif inhu

Wara s-survey diżastru tal-Ħadd li għadda,  Beppe Fenech Adami ippubblika post flimkien ma ritratt fuq Facebook.

 

Mingħajr ma semma s-survey ippubblikat minn Malta Today, Beppe kkummenta;  “Hadd il-Palm f’Ruma fid-dell u taħt il-ħarsien ta’ Sant Elena✝️”.

 

 

 

B’dan il-kumment Beppe Fenech Adami ta x’wieħed jifhem li qed jiddistakka ruħu u fl-istess waqt jibgħat messaġġ fin li kollox se jibqa’ kif inhu. Għax jiddeċiedu ta’ Fenech Adami. U ta’ Fenech Adami iddeċiedu hekk. 

 

Beppe Fenech Adami

 

Min verament jaf jaqra l-politika għandu jintebaħ kif Il-familja Fenech Adami jridu li Bernard Grech jibqa’ kap.

 

Jgħidu x’jgħidu l- Partit Laburista u l- media indipendenti, hekk se jseħħ.

 

Il-Partit Laburista qed jagħmel żball jimbutta n- narrattiva ta’ Karol Aquilina bħala Kap de Facto.

 

Għaliex qed ngħid dan?

 

Il-fatti huma li l-familja Fenech Adami għandha kontroll assolut fuq il-Partit Nazzjonalista. Karol Aquilina ma jista’ jkun qatt la kap tal-PN u lanqas Kap de Facto, għax ta’ Fenech Adami ma jriduhx.

 

Karol Aquilina huwa ħuta żgħira. Huwa fatt li ħuta żgħira qatt ma kielet ħuta kbira. Jekk il-Partit Laburista se jibqa’ jgħafas fuq Karol Aquilina, allura qed jattakka l-ħuta ż-żgħira u fl-istess waqt jinsa r-ras tal-qarnita Nazzjonalista.

 

Min qed jaħseb li Bernard Grech se jinbidel qed jgħarralu. Għax il-familja Fenech Adami, ir-ras tal-qarnita Nazzjonalista mhux se jippermettu li jsir dan.

 

Isir dak li jridu huma.

 

Bernard Grech


Għaldaqstant, minkejja dan il-bir ta’ skieken li jinsabu fih, il-PN se jkunu qed imorru għall-elezzjoni ġenerali b’ Bernard Grech.

 

Jew hekk jew xejn. Għax ta’ Fenech Adami hekk jirraġunaw.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *