Dan is-sit ippubblika ‘Audio’ li fuqu jinstema’ Roberto Montalto kważi jhedded lill-pulizija bil-pulit li se jkun qed iwaħħal fihom jekk toħroġ l-istorja fuq dan is-sita dwar ix-xeba’ li ta lil mara l- ġimgħa l-oħra barra l- uffiċju tiegħu fil-Belt Valletta.
Dan is-sit kien minn tal-ewwel li beda jesponi lil Roberto Montalto bħala dak il-kodard li jsawwat in-nisa.

Roberto Montalto b’diversi rapporti dwar vjolenza domestika
Issa dan is-sit se jgħaddi għal fażi oħra; dik li jesponi l-avukat Montalto ta’ kif iħares u jaħsibha dwar in-nisa vittmi tas-swat tiegħu.
Fl-istess parti tal- ‘audio’, it-‘tough guy’ Roberto Montalto jinstema’ jiddeskrivi lill-vittma tiegħu “qaħba”.
Segwu l-link 👇
6bfe2191-f1df-48b6-b9d9-0643040a5180
Mela mhux talli ta xeba, talli għajjarha bi kliem dispreġġjattiv ukoll.
L-awtoritajiet responsabbli għandhom jieħdu passi kontra Roberto Montalto għal mod kif tkellem mal-uffiċjali tal-Pulizija li marru fuq il-post wara x’xeba tajba li ta lill-vittma.
Iżda barra minn hekk, għandhom jieħdu passi wkoll għall-mod kif tkellem dwar l-istess vittma.
Permezz ta’ dan l-‘audio’, dan is-sit qed jissostanzja dan kollu. Evidenza ċara u soda li Roberto Montalto ma jistax jiċħad.
Ibqgħu segwu dan is-sit għal aktar dettalji esklussivi dwar dak li seħħ barra l-uffiċċju tal-avukat Roberto Montalto.
Dan is-sit se jibqa’ jagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet sabiex il-vittma ta’ dan ir-raġel vjolenti tingħata protezzjoni qabel ma nisimgħu b’xi disgrazzja.