Esklussiva Xokkanti : Nippubblikaw clip tal-avukat Roberto Montalto jsawwat lill-vittma tiegħu

Neville Gafa

~ 2 months ago

Esklussiva Xokkanti : Nippubblikaw clip tal-avukat Roberto Montalto jsawwat lill-vittma tiegħu

It-Tnejn li għadda, dan is-sit ippubblika ‘Audio’ li fuqu jinstema’ Roberto Montalto kważi jhedded lill-pulizija bil-pulit li se jkun qed iwaħħal fihom jekk toħroġ l-istorja fuq dan is-sita dwar ix-xeba’ li ta lil mara l-ġimgħa l-oħra barra l-uffiċju tiegħu fil-Belt Valletta.

 

Fl-istess ‘audio’, it-‘tough guy’ Roberto Montalto jinstema’ jiddeskrivi lill-vittma tiegħu “qaħba”.

 

Bħal ma diġà ddikjarajna, dan is-sit se jibqa’ jagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet sabiex il-vittma ta’ dan ir-raġel vjolenti tingħata protezzjoni u ġustizzja qabel ma nisimgħu b’xi disgrazzja.

 

Għaldaqstant, illum qed nippubblikaw clip fejn Roberto il-“kodard ” Montalto jinstema’ jsawwat bla ħniena lill-vittma tiegħu. Fl-istess clip, terza persuna tinstema’ titlob lil Dr. Roberto Montalto sabiex jieqaf isawwat lill-vittma, b’Montalto kompletament jinjora l-appelli tagħha.

 

Segwu l-link 👇

https://nevillegafa.com/wp-content/uploads/2025/04/050164F6-B293-40AB-8E8B-C61427291FFD.mov

 

 

Dan ir-raġel perikoluż u bla rispett lejn in-nisa, postu huwa l-ħabs ta’ Kordin.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala April 15, 2025

    Your link does not work, why?

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *