Waqt li l-Partit Nazzjonalista wettaq kampanja maħmuġa kontra l-iskema tal- passaporti, jidher li mhux kulħadd fi ħdan il-PN għandu l-istess opinjoni. Mhux se nirepeti kemm il-kumpanija b’sentiment Nazzjonalista kielu u gawdew minn din l-iskema. Se nikkwota dak li qal l-Onor. Alex Borg ftit tal-jiem ilu.
“Illum nafu x’ġara bil-bejgħ tal-passaporti. Sar il ġid. Fejn sar tajjeb irridu nkabbru fuqu. Min se jixtri passaport noħolqu fond biex naraw ċerti setturi jikbru bħall AI.
Ingħeluhom jirreġistraw il-yacht privat jew l-ajruplan privat tagħhom f-Malta. Fil-passat ħsibna li se jkun ħażin imma jekk dan ħalla l-ġid u ħalla l-flus fil-bwiet tal-poplu, naraw kif inkabbruh u nkattruh.”