Prepotenża, Intransiġenża, Prużunzjoni, Protokoll, Prudenża u l-mewt tal-Arċisqof Cremona

Neville Gafa

~ 1 week ago

Prepotenża, Intransiġenża, Prużunzjoni, Protokoll, Prudenża u l-mewt tal-Arċisqof Cremona

Minn Osservatur Kattoliku mill-Imġarr ta’ Malta   

 

 

Ix-xahar l-ieħor meta sar il-funeral tal-mibki Arċisqof Mons. Pawlu Cremona, Dumnikan, qamu ħafna mistoqsijiet minn diversi Kattoliċi prattikanti fil-Gzejjer Maltin dwar min kellu jservi ta’ Prim Ċelebrant fil-Quddiesa tal-Funeral innifsu.

 

Kien hawn min iddeskriva l-prepotenza ta’ Charles Ġuda Scicluna bħala arroganza li kien il-Prim Ċelebrant hu. Kien hawn min qal li hu bħala persuna ntransiġenti zgur li ma kienx iċedi li l-Prim Ċelebrant ikun il-Kardinal Mario Grech. Kien hawn min stqarr li Scicluna bħala persuna ta’ prużunzjoni ma kienx zgur li jċedi lill-Eminenża Tiegħu Reverendissima Mario Grech biex jippresiedi l-konċelebrazzjoni. Kien hawn min semma’ il-protokoll, jiġifieri x’inhu xieraq u f’postu f’okkazjonijiet bħal dawn filwaqt li oħrajn semmew il-prudenża li kellu jkollu Scicluna billi jħalli lill-Kardinal Mario Grech imexxi l-konċelebrazzjoni hu.

 

Il-funeral kien ta’ Arċisqof Emeritu li serva fl-Arċidjoċesi llum mmexxija minn Scicluna. Għaldaqstant, hu l-kap tat-territorju Kattoliku li fih sar l-imsemmi funeral. Il-Kardinal Mario Grech minkejja li ġie mill-Vatikan biex espliċitament ikun preżenti għal tali quddiesa, ma ġiex hawn bħala legat tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Kieku kien hekk il-każ kien ikun hu li jmexxi l-konċelebrazzjoni. Il-Kardinal Mario Grech ġie hawn minn rajh mingħajr ħadd ma ġgħelu bħala sinjal ta’ rispett lejn l-Arċisqof Pawlu Cremona li miegħu ħadem mill-qrib waqt l-episkopat tiegħu filwaqt li l-Kardinal kien għadu Ragħaj tad-Djoċesi t’Għawdex wara l-mewt tal-Isqof Nikol Ġużeppi Cauchi.

 

Pawlu Cremona

 

Filwaqt li f’dawn il-ġranet il-Knisja Kattolika hi hu tgħix il-misteru tal-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesu’ Kristu fil-Ġimgħa Mqaddsa, ikun xieraq ukoll għal dan il-portal li jistqarr dejjem dak li hu. Kienet il-ħaġa korretta li saret li l-quddiesa tal-funeral tal-Arċisqof Pawlu Cremona titmexxa mill-Arċisqof Scicluna. Kieku xtaq ukoll, il-Kardinal Mario Grech seta’ għażel li tintrama’ sedja u ġinokjatur f’parti partikolari tal-artal tal-Kon-katidral u flok qaddes ikun qed jipparteċipa xorta iżda minn din is-sedja partikolari. Għażel ta’ bniedem umli li jqaddes u jzomm postu bħala konċelebrant la l-quddiesa ma kienitx qeda ssir fejn għandu s-sedja hu f’Ruma fil-Bażilika ta’ San Kozma u San Damjan bħalma hi prassi li Kardinali partikolari jiġu addetti mill-Papa li jaħtarhom ma’ Bażiliki speċifiċi ġo Ruma.     

 

Wieħed jittama’ li l-Arċisqof Cremona jkun ta’ ispirazzjoni għall-Kattoliċi Maltin u Għawdxin f’din il-Ġimgħa Mqaddsa biex bħalu jgħixu dak li jemmnu u jemmnu tassew dak kien jemmen hu – valuri ta’ solidarjeta’, prudenża, onesta’, rettitudni u mħabba vera lejn il-proxxmu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. He should be a Saint immediately he was the best of the best arcbishop.MALTA ever had in our times every archbshop should follow the way to hr loved Jedus Krist the peopke of Malta and how to live for Our Lord real real Hod not a for politics out arcnisjop sjould change his style he should keep his political opinion For him self he has the right a lot of people are getting out of church and religion again like the 60’S it is pain after we were getting relihion oriented again like olden days better and divoted and going to church the people who has come back they went out again shame for Malta

    Reply
  2. He should be a Saint immediately he was the best of the best arcbishop.MALTA ever had in our times every archbshop should follow the way to how he l loved Jedus Christ the people of Malta and how to live for Our Lord for real. Not For politics must left out arcbisjop should change his style he should keep his political opinion For him self he has the right a lor opinion as people are getting out of church and religion again like the 60’S it is pain after we were getting reliģion oriented again like olden days better and divoted and going to church the people who has come back they went out again shame for Malta

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *