Id-Defnist Zammit McKeon jipparkja fejn irid

Neville Gafa

~ 12 hours ago

Id-Defnist Zammit McKeon jipparkja fejn irid

Fil-jiem li għaddew, Net News tkażaw kemm felħu għaliex dan is-sit huwa voċiferu fil-konfront tal-Eks Imħallef, Il-puppatur Joe Zammit McKeon.

 

 

Madankollu, nixtieq inserraħ ras Net News li aħna se nkomplu għaddejjin bl-aġenda tagħna, fosthom li nibqgħu nikkritikaw bla waqfien lid-Defnist Joe Zammit McKeon.

 

Mhux hekk biss, se nkunu qed nesponu lil dan il-puppatur. Għax il-poplu għandu jkun jaf kemm huma foloz nies bħal Joe Zammit McKeon.

 

Joe Zammit McKeon

 

Illum ser nindirizzawh fil-kariga li għoġbu jirregalaru l-Gvern Laburista; dik ta’ Ombudsman. Għax Imbierka is-Sapienza ta’ Alla, f’dan il-pajjiż qisu n-Nazzjonalisti biss intelliġenti u kapaċi jmexxu ċertu karigi.

 

Edward Mizzi mal-Kap tiegħu Simon Busuttil

 

Nies bħal Edward Mizzi, l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil, u l-Eks Mħallef Joe Zammit McKeon, il-kju għalihom ma jeżistix. Aktar ma tkun sawwat lill-Labour, aktar tiġi stmat u ippremjat. U tinqabeż il-kju mingħajr ma biss kont fih.

 

Laburisti huma tat-tielet klassi!

 

Iżda ħa nduru fuq il-puppatur l-Ombudsman Joe Zammit McKeon.

 

Waqt li fid-deher jippontifika lilu nnifsu bħala il-paladin tal-governanza tajba, dak li b’daqqa ta’ pinna għoġbu jbiegħ il-Monument tal-Assedju l-Kbir jemmen li l-liġijiet u r-regolarmenti ma japplikawx għalih. Ovvjament hux. L-Ombudsman min se jwaqqfu!

 

Dan is-sit irċieva għadd ta’ lmenti dwar il-mod kif il-puppatur tad-Defnisti jipparkja l- vettura uffiċċjali, provduta u mħallsa mill-Gvern Malti.

 

F’wieħed mir-ritratti li rċevejna, il-vettura tal-Ombudsman tidher ipparkeġġjata quddiem il-Fergħa tal-Bank ta’ Charles Ġuda, f’ H’Attard. Il-qarrejja li għamlu kuntatt magħna qalulna li milli jidher dik ta’ H’Attard hija l-fergħa ippreferuta tal-Ombudsman għaliex ta’ spiss ikun hemm.

 

Kif wieħed jista faċilment jidentifika minn number plate, il-vettura pparkeġġjata quddiem l-APS hija dik li jinqeda biha id-Defnist Joe Zammit McKeon. Dan il-cowboy ħass li mhux neċessarju jipparkja f’kaxxa bajda, iżda jipparkja kif ġie ġie, liemux jimxi ftit u jixxawwat.

 

Ibqgħu ftakru ħbieb, mhux talli qabeż il-kju li qatt ma kien fih, talli jistma r-regolarmenti f’sormu.

 

Bil-ħaqq, ħudu paċenzja u osservaw ir-regolamenti, għaliex għalikom hemm lesti tal-LESA ħalli jħarrkukom.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *