Nibda sabiex nawgura lil Ombdisman Joe Zammit McKeon l-Għid it-Tajjeb.
Pero’ billi nafu kemm hu iffissat fuq standards u Rule of Law, tajjeb li jserraħ ras il-poplu li meta madwar tlett ġimgħat ilu iltaqgħet il-Judicial Appointments Committee u daħlet għal interview Dr. Monica Borg Galea, huwa rregistra fil-minuti li hu ma jistax jibqa’ fil-kumitat u ħareġ ‘il barra.
Japprezza li din hi materja t’interess pubbliku u Dr. Zammit McKeon għandu funzjoni pubblika.
Dan aktar importanti meta mic-CV ta’ Dr. Borg Galea jirriżulta li qatt ma ħadmet bħala Avukat prattikanti għal jum wieħed biss fil-qrati tagħna u qatt ma kellha klijenti.
Nafu ukoll li kien hemm ta’ lanqas żewġ applikanti li għandhom circa 20 sena esperjenza jaħdmu l-Qorti!
Aħna nittamaw li dak li ghamilt m’hux deja-vu tat-taħwid legali li wettaqt fil-każ kostituzzjonali tal-monument tal-Assedju l-Kbir.
Hu paċenzja Dr. Zammit Mckeon serraħ ras kulħadd u weġibna x’għamilt eżatt.