L-espert tal-Qorti u tad-dwiefer Keith Cutajar ilu aktar minn ġimgħa biex iwieġeb mistoqsijiet tagħna. Nies viċin tiegħu qalulna li Keith Cutajar jitwaħħax mill- media u panikuż meta jkun taħt il-lenti.
Mil-lum se nkomplu nesponu min hu dan Keith Cutajar li issa ħa l-fama bħala dak l-espert li jisparixxu l-laptops f’inkjesti li jkun involut fihom.

Keith Cutajar
Sur Cutajar,
Waqt xhieda tiegħek fil-proċeduri illi hemm quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello b’rabta mal-inkjesta tal-isptarijiet kontra Dr Muscat, ikkonfermajt illi l-eks Ministru Nazzjonalista u avukat tal-għaqda Repubblika Jason Azzopardi ipprova jagħmel kuntatt miegħek.
Għadek ma weġibtx dwar kif wasalt għal-konklużjoni li min beda jċempillek kellu interess jew konnessjoni mal-inkjesta Vitals, meta int maħtur f ‘tant inkjesti u kumpilazzjonijiet?
Ħa nistaqsik direttament; int kont weġbit it-telefonata ta’ Dr. Jason Azzopardi?
Diġà għidtlek, tilgħabx logħob magħna. Żomm f’moħħok li se naqbduk.