Bħall-eroj tiegħu, Kevin Cassar hu ‘keyboard warrior’ u ġifa quddiem in-nies

Neville Gafa

~ 6 days ago

Bħall-eroj tiegħu, Kevin Cassar hu ‘keyboard warrior’ u ġifa quddiem in-nies

F’artiklu tal-Ħadd li għadda, Kevin Cassar il-kelliem għal Partit BFA staqsa dwar x’qed iżomm lill-Kummissarju Gafà milli jieħu passi kontra Dr. Joseph Muscat.

 

 

Tajjeb li nfakkru li Kevin Cassar miżżewweġ lit-tifla tal-eks Kap tal-Partit BFA, Eddie Fenech Adami. Xogħolu jivvomta kontra dak kollu li hu Laburist.

 

Bħall-bqija ta’ familtu, Kevin Cassar iħoss li huma aqwa minn kulħadd. Aqwa mill-istess Nazzjonalisti, aħseb u ara mill-Laburisti.

 

Joseph Muscat


Solenement jemmen li l-Partit BFA għandhom dritt divin imexxu lill-PN u lil Malta. Allura wieħed jista’ jimmaġina xi jfisser għalih Dr.Joseph Muscat. Mhux hekk, iżda ħadd ma jista’ jkejjel il-livell ta’ odju li għandu lejh. Dak it-tifel ta’ Burmarrad li kkastiga lill-PN għal bqija tal-eżistenza tagħhom fl-Oppożizzjoni.

 


Mela l-kelliem għal Partit BFA tkaża għaliex Dr. Muscat ħassar id-data minn fuq il-mobile phone. Dan inzerta xi żmien qabel ma sar il-famuż raid fir-residenza tiegħu ordnat mill-Maġistrat Gabriella Vella bl-involviment tal-eks fizzjali Frank Tabone u James Grech.

 

Però dan il-qaddis li akkwista annullament mill-Knisja ta’ Charles Ġuda fi żmien rekord,qatt ma lissen imqar kelma dwar l-iskandlu mwettaq mill-familja tal-eroj tiegħu. Qed nirreferi għall-familja Caruana Galizia.

 

Huwa fatt daqs kemm jeżisti l-Imbierek Alla li l-familja Caruana Galizia ħbew il-laptop tal-membru tal-familja tagħhom Daphne. Dwar dan kollu, Kevin Cassar qatt ma tkaża u għalih dan mhux skandlu.

 

Araw x’ipokrezija.

 

Għal Kevin Cassar, Joseph Muscat kellu x’jaħbi, ġaladarba ħassar id-data. Li ma qalx dan il-falz kollu hu li Dr. Muscat ħassar id-data meta lanqas biss kien għadu mixli bl-ebda reat. Ħassar mhux lejlet li twettaq ir-raid, iżda ġimgħat qabel.

 

Naqas isemmi wkoll li Joseph Muscat ikkolabora mal-awtoritajiet u tagħhom il-mobile phone mill-ewwel minuta li ġie mitlub. Xi ħaġa li l-familja ta’ Daphne “Maria Goretti” baqgħet qatt ma għamlet għall-fatt li ħbew l-evidenza meta rrifjutaw li jagħtu l-laptop lill-pulizija.

 

Mela skont Kevin Cassar, JM għandu x’ jaħbi, però l-eroj tiegħu ma kellhiex x’taħbi. Għax taf int, Daphne Caruana Galizia kienet verġni u martri.  Staqsu lill-vittmi tagħha, fosthom żewġha, u malajr jgħidulek x’kienet issarraf.

 

Sur Kevin Cassar,

 

Int qed titkaża għall-fatt li Joseph Muscat ma tax il-password tal-mobile li ttieħidlu WARA li l-Maġistrat ordnat li jidħlulu f’ daru. Qed tistaqsi wkoll dwar x’qed iżomm lill-Kummissarju Gafà milli jieħu passi kontrih.

 

Għandi mistoqsijiet sempliċi għalik;

 

X’ inhi l-pożizzjoni tiegħek dwar il-laptop tal-eroj tiegħek Daphne Caruana Galizia?

 

Qatt tkażajt dwar il-fatt li il-laptop ta’ dik il-biċċa blogger baqa’ qatt ma ngħata lill-Pulizija?

 

Qatt tkellimt mal-imgħallem tal-Mdina dwar dan l-iskandlu tal-famuż laptop ta’ Daphne Caruana Galizia?

 

Mdina

 

Tista’ taċċertana li waħda mir-raġunijiet għaliex il-familja Caruana Galizia qatt ma telqet dak il-misħut lap top minn idejhom għaliex jista’ jkun hemm dokumenti jew komunikazzjoni bejn il-biċċa blogger u l-imgħallem tiegħek?

 

Ejja rabbi l-bajd u wieġeb. Ftakar li ma nistax inċempillek biex nistaqsik, għaliex ta’ ġifa li int għamiltni blocked.


Tal-aħħar, l-ewwel darba li niltaqa’ mal-imgħallem tiegħek ser nugzak li għamiltni blocked. Qed ngħidlek pubblikament għax minix ġifa bħalek titkellem biss minn wara laptop.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. B.Borg April 21, 2025

    Kevin Cassar is a bright person and very dedicated professionally.

    He happened to be related to a family who for decades were in the political limelight.

    If we look back, the political history leads us to understand that EFA disposed of his once “allies” who made him a PN leader.

    What happened to them? He ended their political career’s ceremoniously as President of the Republic , others got a “natural” layoffs.

    Kevin, has to make his part to safeguard the Genech Adami legacy knowing to have bred bright kids and who can be future leaders.

    For the Fenech Adami legacy to continue, they have to hold the grip on the leadership because the other 3 factions are strong.

    Lately the Gonzi faction made a genuine move. Who is the party secretary?

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *