Id-Defnist Joe Zammit McKeon baqa’ ma weġibx

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Id-Defnist Joe Zammit McKeon baqa’ ma weġibx

Jumejn ilu tlabna lill-puppatur eks Mħallef Joe Zammit McKeon jagħtina serħan il-moħħ  li meta madwar tlett gimghat ilu itaqghet il-‘Judicial Appointments Committee’ u daħlet għal interview Dr. Monica Borg Galea, huwa irregistra fil-minuti li hu ma jistax jibqa’ fil-kumitat u konsegwentement ħareġ ‘il barra.

 

Mhux għax għandna xi dubju, billi nafu kemm hu iffissat fuq standards u Rule of Law, però għandu japprezza li din hi materja t’interess pubbliku u hu għandu funzjoni pubblika. Għaldaqstant irid ibaxxi rasu għall-iskrutinju pubbliku.

 

 

 

Dan is-sit qed jinsisti u se jibqa’ jinsisti dwar dan għall-fatt li mis-CV ta’ Dr. Borg Galea li laħqet Maġistrat, jirriżulta li qatt ma ħadmet bħala Avukat prattikanti għal jum wieħed biss fil-qrati tagħna.

 

 

Nafu ukoll li kien hemm ta’ lanqas tlett applikanti li kellhom madwar 20 sena esperjenza jaħdmu l-Qorti! Però jidher li anke hawn inqabeż il-kju.

 

Hu pacenzja Dr. Zammit Mckeon u għatina serħan il-moħħ għax mhux qed norqod bil-lejl. Naf li mhux sew li qed jidħluli dawn id-dubji kollha dwarek. Għaldaqstant oħroġ iddikjara x’ għamilt ħalli nserraħ rasi. Aktar tard se nerġa nfakkrek.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *