Dr Peter Fenech huwa l-President tal-Kamra tal-Avukati. Id-dover ewlieni tiegħu lejn il-Kamra huwa dak li jipproteġi u jħares l-interessi tal-kollegi tiegħu l-avukati.
Tajjeb li ngħidu li Dr. Peter Fenech jifforma parti mill-‘Judicial Appointments Committee’, dak il-kumitat li quddiemu jidhru avukati kandidati għal ħatra ta’ Maġistrati.

Peter Fenech
Għandi xi mistoqsijiet għal Peter Fenech.
Dr. Fenech,
Int wieħed minn dawk li tridha ta paladin tal-governanza.
Propju tlett ġimgħat ilu, meta ltaqa’ l- imsemmi kumitat, kont konxju li fost min applika, kien hemm Avukatessa li taħdem ma Dr. Zammit McKeon?
Ma ħassejtx li kellek tiġbed l-attenzjoni li kien hemm kunflitt ta’ interess?
Minn naħa tiegħek, tlabt sabiex Joe Zammit McKeon jirtira mill-proċess kollu, ħalli la jidher li qabeż għal xi ħadd jew inkella jidher li poġġa lil xi ħadd fi żvantaġġ?
Int bħala membru tal-Kumitat imissek taf aħjar. Imissek indunajt b’dan qabel ma biss wettaqtu l-interviews!
Wieġeb Peter Fenech