Zammit McKeon – Każ ta’ Riżenja

Neville Gafa

~ 5 days ago

Zammit McKeon – Każ ta’ Riżenja

L-Art. 96A tal-Kostituzzjoni tagħna jpoġġi lill-Ombudsman bħala wieħed minn seba’ membri sabiex jirrakomandaw Avukati lill-President ta’ Malta għall-bank tal-ġudikatura.

 

L-Avukati li japplikaw jagħmlu dan ferm qabel ma jkollhom l-intervista quddiem dan il-Kumitat.

 


Għalhekk Zamnit McKeon kien jaf ferm qabel min applika u li kien hemm Avukatessa li taħdem miegħu.

 

Għaldaqstant, dak li kellu jagħmel sabiex japplika r-rule of law li tant iħambaq biha, huwa li hu jirtira mill-proċess kollu u ma jkunx hemm.

 

 

Dan ħalli la jidher li qabeż għal xi ħadd jew inkella jidher li poġġa lil xi ħadd fi żvantaġġ.

 

Zammit McKeon jgħallimna li l-ġustizzja m’hux biss trid issir, iżda trid tidher li qed issir!

 

Joe Zammit McKeon


Dan hu proċess imtappan mill-bidu.

 

Zammit McKeon u l-membri l-oħra tal-Kumitat messhom jafu aħjar, messhom indunaw b’dan qabel ma wettqu l-interviews!

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *