Omerta’ assoluta dwar il-kunflitt ta’ interess ta’ Zammit McKeon

Neville Gafa

~ 2 months ago

Omerta’ assoluta dwar il-kunflitt ta’ interess ta’ Zammit McKeon

Erbat ijiem ilu tlabna lill-puppatur eks Mħallef Joe Zammit McKeon jikkonferma li meta madwar tlett gimghat ilu itaqghet il-‘Judicial Appointments Committee’ u daħlet għal interview Dr. Monica Borg Galea, huwa naqas milli jirregistra fil-minuti li hu ma jistax jibqa’ fil-kumitat u li konsegwentement suppost  ħareġ ‘il barra. Dan għall-fatt li l-avukatessa kienet taħdem miegħu.

 

Dr. Monica Borg Galea

 

Għalkemm iridha ta’ paladin tal-governanza, baqa’ ma weġibx.

 

Il-bieraħ ktibna li “llum stess il-Gvern għandu jitlob ir-riżenja tal-Ombudsman Joe Zammit Mckeon. Mhux għada, ILLUM.”

 

Iżda skiet li jtarrax minn naħa tal-Gvern. F’pajjiżi oħra, dakinhar stess li toħroġ aħbar bħal din, il-Gvern jitlob Ir-riżenja tiegħu. Inkella jkeċċih minnufih.

 

 

Sorpriż? Lanqas xejn.

 

Ftakru li l-Gvern Laburista baxxa rasu u m’appellax għas-sentenza ridikola tal-Imħallef Joe Zammit McKeon, u konsegwenza ta’ dan, il-monument tal-Assedju l-Kbir spiċċa stuprat mill-klikka tad-Defnisti u litteralment ġabuh mandra. Sentenza li bidlet lil pajjiżna f’Repubblika tal-Banana.

 

Dan il-pajjiż qatt ma ra kunflitt ta’ interess daqsekk kbir u ikrah. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala April 23, 2025

    Gafa. One question please. What am I missing that is wrong with him abstaining from the commity desitions because she worked with him before? There seems to be something I am missing here.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *